Liebru ta' Tolai

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Liebru ta' Tolai
Liepru ta' Tolai- Lepus tolai.jpg
Liebru ta' Tolai Lepus tibetanus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. tolai
Isem binominali
Lepus tolai
(Pallas, 1778)
Sottospeċi


Il-Liebru ta' Tolai li hu magħruf xjentifikament bħala Lepus tolai huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) u huwa speċi komuni nativ tal-kotinent ta' l-Asja u l-Lvant nofsani. Liebru ta' Tolai adult jikber bejn 40 u 55 ċentimetru u jiżen bejn 1.5 u 2.5 kilogrammi. Dan huwa speċi ta' liebru, ta' daqs ftit iżgħar mil-Liebru Ewropew Lepus europaeus.

Il-Liebru ta' Tolai huwa speċi komuni b' distribuzzjoni vasta u jinsab mifrux ma' ħafna pajjiżi fl-Asja, mit-Tramuntana tar-Russja, sa fin-Nofs in-nhar ta' l-Indja, għal fil-Lvant nofsani b' presenza fid-deżerti ta' l-Arabja u fil-Grigall ta' L-Afrika. Għalkemm dan il-liebru jinsab l-aktar f' ambjent bl-arbuxelli u ħaxix għoli dan adatta għal-abitat ħarex bħad-deżerti u muntanji b' elevazzjonijiet ta' aktar minn 3000 metru. Saħansitra anke n-nuqqas ta' l-ilma mhux problema, għax kapaċi jgħix għal żmien twil mingħajr ma jkollu bżonn jixrob.

Sinonimi[editja]

"Lepus capensis tolai" huwa sinonimu u b' hekk l-istess bħal u jirreferi għal Lepus tolai ta' Pallas, 1778.

Klassifikazzjoni[editja]

Dan il-liebru wara ħafna riklassifikazjonijiet bħala sottospeċi gie kklassifikat bħala 1 minn 8 speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Proeulagus u l-ispeċi maqsuma minn ta' linqas fi 8 sottospeċi.

Referenzi[editja]