Liebru ta' Hainan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Liebru ta' Hainan
Liepru ta' Hainan - Lepus hainanus.jpg
Liebru ta' Hainan Lepus hainanus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. hainanus
Isem binominali
Lepus hainanus
(Swinhoe, 1870)

Il-Liebru ta' Hainan magħruf xjentifikament bħala Lepus hainanus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu) fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) jinsab fil-kontinent ta' l-Asja u huwa liebru endemiku taċ-Ċina.

L-isem komuni Liebru ta' Hainan kif ukoll l-isem xjentifiku Lepus hainanus ifissru it-2 l-istess u juru biċ-ċar il-lokalita fejn jinsab mifrux dan il-liebru endemiku dik tal-gżira ta' Hainan, fin-naħa ta' Nofs in-nhar taċ-Ċina. Il-popolazzjoni ta' dan il-leporidu tinsab bl-akbar densita fin-naħa tal-Punent bejn il-Majjistral u l-Lbiċċ tal-gżira fejn hemm abitat ideali, fil-Lvant, fuq il-muntanji u f' artijiet agrikoli dan il-liebru ma' jgħix jew jinsab f' numru żgħir ħafna.

Klassifikazzjoni[editja]

Dan il-liebru huwa 1 minn 3 speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Indolagus u m' hemm 'l ebda sottospeċi magħrufa.

Referenzi[editja]