Liebru l-ġebel aħmar ta' Jameson

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Liebru l-ġebel aħmar ta' Jameson
Liepru tal-ġebel aħmar ta' Jameson (P.randensis).JPG
Liebru l-ġebel aħmar ta' Jameson jew Fenek aħmar ta' Jameson, Pronolagus radensis
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Pronolagus
Speċi: P. randensis
Isem binominali
Pronolagus randensis
Jameson, 1907
Sottospeċi


Il-Liebru l-ġebel aħmar ta' Jameson Pronolagus randensis jew kif inhu msejjaħ ukoll Fenek aħmar ta' Jameson, huwa mammiferu plaċentat notturn u solitarju tal-familja Leporidae fl-ordni Lagomorpha mifrux fil-kontinent Afrikan. Dan il-leporidu bħaż-2 speċijiet l-oħra tal-ġeneru Pronolagus, għalkemm jissejjaħ "Liebru l-ġebel" huwa speċi ta' fenek.

Dan il-liebru l-ġebel għandu pil fin ħafna lewn kannella fil-ħamrani, denb imdaqqas ta' l-istess kulur bit-tarf iswed u par widnejn kbar ftit li xejn pilusi xi kultant bit-truf suwed ukoll. Il-geddum, is-sider u ż-żaqq huma fil-bajdani, waqt li l-wardiet tal-wiċċ, il-ġnub tax-xedaq ta' isfel u l-għonq huma fil-griż ċar.

Il-Liebru l-ġebel aħmar ta' Jameson jippreferi jgħix f' abitat kollu ġebel u rdum mal-ġnub ta' ogħljiet u muntanji fil-madwar u din hija r-raġuni minn fejn oriġina l-isem komuni ta' din l-ispeċi. Madankollu dan il-liebru l-ġebel jinsab mifrux ma' ħafna tipi ta' abitat aktar fil-baxx madwar il-muntanji speċjalment fejn ikun hemm ħaxix u pjanti li jista' juża bħala kenn għal matul il-ġurnata.

Riproduzzjoni[editja]

Il-Liebru l-ġebel aħmar ta' Jameson ftit li xejn hemm informazzjoni dwar ir-riproduzzjoni tiegħu. L-unika tagħrif li hemm huwa li jirriproduċu matul is-sena kollha u kull boton ikun magħmul minn 1 sa 3 żrameġ li jitwieldu ogħmja, bla pil u totalment dipendenti fuq l-omm bħal fniek kollha l-oħra.

Distribuzzjoni[editja]

Il-Liebru l-ġebel aħmar ta' Jameson huwa speċi ta' fenek mifruxa fin-Nofs in-nhar tal-kontinent ta' l-Afrika. Ir-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel għandha popolazzjoni fil-Majjistral tal-pajjiż waqt li fil-Botzwana il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni qiegħda fir-reġjuni tal-Lvant. L-akbar popolazzjonijiet huma ta' Żimbabwe u Namibja fejn il-Liebru l-ġebel aħmar ta' Jameson huwa mifrux mat-territorju kollu taż-2 pajjiżi.

Klassifikazzjoni[editja]


Referenzi[editja]

  • Lagomorph Specialist Group (1996).Pronolagus randensis. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Retrieved on 12 May 2006. Database entry includes a brief justification of why this species is of least concern