Liebru Taljan
| Liebru Taljan jew Liebru Korsikan | |
|---|---|
![]() |
|
| Liebru Taljan jew Liebru Korsikan Lepus corsicanus | |
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Eutheria |
| Superordni: | Euarchontoglires |
| Ordni: | Lagomorpha |
| Familja: | Leporidae |
| Ġeneru: | Lepus |
| Speċi: | L. corsicanus |
| Isem binominali | |
| Lepus corsicanus (De Winton, 1898) |
|
Il-Liebru Taljan jew Liebru Korsikan, magħruf xjentifikament bħala Lepus corsicanus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nattiv tal-kontinent ta' l-Ewropa, endemiku ta' l-Italja.
Dan il-liebru huwa speċi mifruxa fil-penisula Taljana, b' distribuzzjoni miċ-ċentru sa Nofs in-nhar ta' l-Italja fejn ħafna drabi jaqsam l-abitat mal-Liebru Ewropew Lepus europaeus (speċi introdotta mil-bniedem bħala skop ta' kaċċa), fil-gżira ta' Sqallija fejn jidher komuni b' popolazzjoni stabli, b'distribuzzjoni kontinwa u fil-gżejjer ta' Elba u Korsika fejn kien ġie introdott mill-bniedem.
Il-Liebru Taljan Lepus corsicanus għal żmien twil kien meqjus bħala sottospeċi tal-Liebru Ewropew Lepus europaeus.
Werrej |
Klassifikazzjoni [editja]
Dan il-liebru huwa 1 minn 10 speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u m' hemm 'l ebda sottospeċi rikonoxxuta.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru Eulagos
- Liebru Taljan jew Liebru Korsikan, Lepus corsicanus
- Sottoġeneru Eulagos
- Ġeneru Lepus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
Sinonimi [editja]
"Lepus europaeus corsicanus" huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Lepus corsicanus ta' De Winton, 1898.
Referenzi [editja]
- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.
