Liebru Manċurjan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Liebru Manċurjan
Liepru Manċurjan - Lepus mandshuricus.jpg
Liebru Manċurjan Lepus mandshuricus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. mandshuricus
Isem binominali
Lepus mandshuricus
(Radde, 1861)


Il-Liebru Manċurjan jew kif inhu magħruf xjentifikament Lepus mandshuricus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nattiv tal-kontinent ta' l-Asja.

Dan il-liebru huwa speċi b' firxa ma' 3 pajjiżi Asjatiċi, b' distribuzzjoni qalb il-muntanji fit-Tramuntana tal-penisula Koreana fil-Korea ta' fuq, fil-Grigall taċ-Ċina u fil-baċir tax-xmara Amur fir-Russja.

Liebru Manċurjan adult jista jikber minn 40 sa massimu ta' 48 ċentimetru twil u jiżen madwar 2 kilogrammi. Id-denb jista jkun bejn 4.5 u 7.5 ċentimetri twil u l-widnejn normalment ikunu minn 7.5 sa 10.4 ċentimetri.

Klassifikazzjoni [editja]

Dan il-liebru huwa 1 minn 10 speċijiet li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u m' hemm 'l ebda sottospeċi rikonoxxuta.

Referenzi [editja]

Ħoloq jew Linkijiet Esterni [editja]