Leġjun ta' Marija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Leġjun ta' Marija (bil-Latin: Legio Mariae) ġie mwaqqaf minn Frank Duff fis-7 ta' Settembru, 1921 f'Dublin, l-Irlanda.

Ġewwa Malta, il-Leġjun ta' Marija beda fl-1936 minn Monica Walsh, Tessie Agius u Mary Pitré f'Tas-Sliema u kellu l-ewwel direttur spiritwali lil Dun Karm Psaila, il-Poeta Nazzjonali u ġie rikonoxxut uffiċjalment fl-1940.

Il-Leġjun ta' Marija ġie ffurmat fuq is-sistema tal-Leġjun Ruman biex jaħdem għas-servizz tal-Knisja u jġedded il-vera devozzjoni lejn Marija fil-membri tiegħu. L-għan tal-Leġjun huwa li jaħdem għall-qdusija tal-membri u l-evanġelizzazzjoni ta' oħrajn.

Il-membri jiltaqgħu darba fil-ġimgħa u hu mistenni minnhom li jagħmlu kull ġimgħa mill-inqas sagħtejn appostolat ta' kull xorta mal-proxxmu. Dan kollu jservi ta' formazzjoni tal-membri taħt il-patroċinju u l-gwida ta' Marija u l-awtorità tal-Knisja.