Lavinia Fontana

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Lavinia Fontana
Ħajja
Twelid Bolonjac. 24 Awwissu 1552
Mewt Ruma, 11 Awwissu 1614
Familja
Missier Prospero Fontana
Konjuga/i Gian Paolo Zappi (en) Translate  (1577 -
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
disinjatur tal-bini
artist
Post tax-xogħol Bolonja
Ruma
Moviment Manjeriżmu
Psewdonomu Zappi, Lavinia
Moviment artistiku pittura ritratt
arti reliġjuża
ritratt

Lavinia Fontana (24 ta' Awwissu, 1552-11 ta' Awwissu , 1614) kienet pittriċi Taljana.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Lavinia Fontana twieldet Bolonja, bint Prospero Fontana, pittur prominenti tal-iskola Bolonjiża ta' dak iż-żmien li kien ukoll l-għalliem tagħha.

L-ewwel xogħol li nafu bih, Tifla Xadina, pingietu fl-1575 meta kellha 23 sena. Din il-pittura ntilfet imma għandna oħra mill-pitturi bikrija tagħha, Kristu bis-Simboli tal-Passjoni, li pinġiet fl-1576 u issa qiegħda fil-Mużew tal-Arti ta' El Paso Museum of Art[1]. Kompliet tpinġi f’bosta ġeneri. Fil-bidu tal-karriera tagħha kienet famuża għar-ritratti tan-nies għonja ta' Bolonja. Bdiet billi tpinġi pitturi devozzjonali żgħar fuq ir-ram, li kienu popolari bħala rigali papali u diplomatiċi, minħabba li l-kuluri jidhru iżjed puri fuq il-metall[1]. Wara, ħolqot bosta pitturi ta' figuri nudi u pitturi reliġjużi fuq skala kbira.

Fontana żżewġet lil Paolo Zappi (spelluta wkoll Fappi) fl-1577. Kellhom 11 ulied, però 3 biss kienu ħajjin meta mietet. Wara ż-żwieġ, Fontana kompliet tpinġi biex tmanti l-familja tagħha. Zappi kien jieħu ħsieb it-tmexxija tad-dar u jgħin 'l martu bħala lavrant, ipinġi wkoll xi elementi sekondarji tal-pittura bħad-drappijiet.

Fontana u l-familja tagħha marru joqgħodu Ruma fl-1603 fuq stedina tal-Papa Klement VIII. Hemm kisbet il-patrunaġġ tal-familja Buoncompagni, li wieħed minnhom kien il-Papa Gregorju XIII. Lavinia ffjorixxiet f'Ruma daqs kemm kienet f'Bolonja u l-Papa Pawl V kien wieħed minn dawk li pinġiet ir-ritratt tagħhom.

Tarbija tat-twelid f'benniena (c. 1583)

Xi wħud mil-pitturi, li sikwit kienet titħallas tajjeb ħafna għalihom, kienu attribwiti bi żball lil Guido Reni. L-importanti fost dawn huma Venere, Il-Madonna tikxef il-Bambin Ġesù u s-Sultana ta' Saba żżur lil Salamun. L-awtoritratt tagħha – jingħad li kienet mara sabiħa ħafna f'żogħżita – x'aktarx kien il-kapulavur tagħha; dan hu l-propjetà tal-Konti Zappi ta' Imola, dixxendent tal-familja ta' żewġha.

Waqt li l-istil tal-bidu tal-karriera tagħha kien jixbaħ ħafna 'l ta' missierha, bilmod addottat l-istil tal-Carracci, b'kolorazzjoni qawwija kważi Venezjana. Ġiet eletta membru tal-Accademia di San Luca ta' Ruma, u mietet f'dik il-belt fil-11 t'Awwissu tal-1614.

Fid-dokumenti nsibu 'l fuq minn 100 xogħol imsemmi, imma ffirmati u bid-data hemm 32 biss li nafu bihom illum. Hemm 25 li jistgħu jiġu attribwiti lilha u hekk nistgħu ngħidu li hi l-pittriċi ta' qabel l-1700 li nafu bl-ikbar numru ta' xogħlijiet tagħha. Jista' jkun li Sofonisba Anguissola kellha influwenza fuq il-karriera tagħha.

Xogħlijiet ewlenin[immodifika | immodifika s-sors]

Lavinia Fontana, Minerva qiegħda tilbes, 1613, żejt fuq it-tila, Galleria Borghese, Ruma
  • Awtoritratt iddoqq spinetta ma' qaddejja (1577) - Accademia Nazionale di San Luca, Rome
  • Konsagrazzjoni tal-Madonna, - Musée des Beaux-Arts, Marsilja, oriġinalment fil-Kappella Gnetti, Santa Maria dei Servi, Bolonja
  • Ritratt ta' Sinjura b'kelb tas-salott (c. 1595) - Walters Art Museum, Baltimore
  • Ritratt ta' Gerolamo Mercuriale (c. 1587-1590) - Walters Art Museum, Baltimore
  • Noli me tangere (1581) - Uffizi, Firenze
  • Assunzjoni tal-Madonna mal-Qaddisin Pietru Krisolgu u Kassjanu (1584) - Palazzo Comunale, Imola
  • Ritratt tal-Familja Coozzadini (1584) - Pinacoteca Nazionale, Bolonja
  • Sagra Familja (1589) - El Escorial, Madrid
  • It-twelied tal-Madonna - Santissima Trinità, Bolonja
  • Ritratt ta' Koppja (1580–1585) - Cleveland Museum of Art, Cleveland
  • Depożizzjoni (1581) - Cornell Fine Arts
  • Ġesù fost l-Għorrief - Parti mill-Misterji tar-Rużarju fil-Kappella tar-Rużarju fil-Bażilika ta' San Duminku, Bolonja

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Murphy, C: Lavinia Fontana: A Painter and Her Patrons in Sixteenth-century Bologna, (Lavinia Fontana: Pittriċi u l-Patruni tagħha f'Bolonja tas-Seklu 16), paġna 30. Yale University Press, 2003.

Bibljografija[immodifika | immodifika s-sors]

  • Whitney Chadwick , Women, Art, and Society, (In-nisa, l-Arti u s-Soċjetà), Thames and Hudson, Londra 1990
  • Paula Findlen, The Italian Renaissance (Ir-Rinaxximent Taljan), ISBN-10: 0631222839, ISBN-13: 978-0631222835, Wiley-lackwell, 2002
  • Delia Gaze, Concise Dictionary of Women Artists, (Dizzjunarju fil-Qosor tal-Artisti Nisa), ISBN-10: 1579583350, ISBN-13: 978-1579583354, Routledge, 2001
  • Anne Sutherland Harris, Linda Nochlin, Women Artists: 1550-1950, (Artisti Nisa: 1550-1950), Los Angeles County Museum of Art, New York 1976
  • Francis P. Smyth, John P. O'Neill The Age of Correggio and the Carracci: Emilian Painting of the 16th and 17th Centuries, (L-età ta' Gorreggio u l-Carracci: Pittura Emiljana tas-Sekli 16 u 17), paġni 132–136, National Gallery of Art, Washington DC 1986
  • C.P. Murphy Lavinia Fontana: A Painter and Her Patrons in Sixteenth-century Bologna, (Lavinia Fontana: Pittriċi u l-Patruni tagħha f'Bolonja tas-Seklu Sittax), ISBN-10: 0300099134, ISBN-13: 978-0300099133, Yale University Press, New Haven and London, 2003
  • Morten Steen Hansen, Joaneath Spicer, edituri. Masterpieces of Italian Painting, (Kapulavuri tal-Pittura Taljana), The Walters Art Museum, Baltimore and London 2005