Laurent Ciman

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Laurent Ciman
Informazzjoni personali
Isem sħiħLaurent Franco Ciman
Twelid5 ta' Awwissu 1985 (1985-08-05) (38 sena)
FarciennesBelġju
Tul1.80 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliCF Montréal (assistent)
Karriera professjonali
SninKlabb
2004–2008Charleroi
2008–2010Club Brugge
2009–2010Kortrijk (self)
2010–2015Standard Liège
2015–2017Montreal Impact
2018Los Angeles FC
2018Dijon
2019–2020Toronto FC
Tim nazzjonali
2004–2008Belġju
2010–2018Belġju
Timijiet ikkowċjati
2021–CF Montréal (assistent)

Laurent Ciman (twieled fil-5 ta' Awwissu 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Belġjan li kien jilgħab bħala difensur.

Huwa ġie ttrasferit minn Charleroi għal Club Brugge f'Ġunju tal-2008 u ffirma kuntratt ta' tliet snin. Fis-16 ta' Ġunju 2010, ingħaqad ma' Standard Liège b'kuntratt ta' erba' snin.[1]

Ciman ukoll lagħab għat-tim nazzjonali Belġjan ta' taħt il-21 sena u kien mgħajjat mill-kowċ nazzjonali Georges Leekens f'logħba ta' ħbiberija kontra Bulgarija fid-19 ta' Mejju 2010, fejn fiha lagħab l-ewwel logħba tiegħu man-nazzjonal.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Marcos au FC Bruges, Ciman au Standard" (bil-Franċiż). 2010-06-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-06-11.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

  • Statistika fuq il-paġna tal-Federazzjoni Belġjana