Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONCACAF)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Il-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-CONCACAF għat-Tazza tad-Dinja 2010 fl-Afrika t'Isfel għandha 35 tim nazzjonali li qed jikkompetu għal tliet postijiet awtomatiċi allokati mill-FIFA lill-CONCACAF. Ir-raba' klassifikat jilgħab play-off kontra t-tim li spiċċa l-ħames fil-CONMEBOL, għall-possibilità tar-raba' kwalifikat.

Format[editja]

L-Ewwel u t-Tieni Rawnd naqqsu l-35 parteċipant għal 24 u 12-il tim rispettivament. It-tnax-il tim li kien għad baqa' ġew maqsuma fi tliet gruppi ta' erba' timijiet għat-Tielet Rawnd, bl-aqwa tnejn minn kull grupp jipproċedu għar-Raba' u l-aħħar grupp ta' kwalifika. It-Tielet Rawnd bdiet f'Awwissu tal-2008 u spiċċat f'Novembru tal-2008. L-aqwa tliet timijiet mill-grupp ta' sitta tar-Raba' Rawnd (li beda minn Frar u jispiċċa f'Ottubru 2009) jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 2010. It-tim li jikklassifika fir-raba' post jikkompeti fi play-off fuq żewġ logħbiet (waħda ġewwa u l-oħra barra minn daru) kontra l-ħames klassifikat mill-CONMEBOL.

Tlugħ tal-poloz[editja]

It-tlugħ tal-poloz sar fil-25 ta' Novembru 2007 f'Durban. L-ewwel tlettax-il skwadra fil-klassifika tal-FIFA ta' Mejju 2007 ġew diviżi fl-urni segwenti:

  • Urna A: l-ewwel tliet timijiet nazzjonali, li se jkunu fl-aqwa serje tal-gruppi tat-tielet rawnd.
  • Urna B: it-tielet timijiet suċċessivi, li se jkunu t-timijiet tat-tieni faxxa tal-gruppi tat-tielet rawnd.
  • Urna Ċ: is-sitt timijiet suċċessivi, li jakkwistaw il-vantaġġ li jilgħabu f'darhom it-tieni rawnd.
  • Urna D: San Vinċenz u l-Grenadini, li jikseb il-passaġġ awtomatiku għall-ewwel rawnd, imma se jaffronta wieħed mill-ewwel tnax-il tim nazzjonali fit-tieni rawnd.

Fit-tieni rawnd l-aqwa tlettax-il nazzjonal se jingħaqdu mal-ħdax-il rebbieħ tal-ewwel rawnd.

Urna A
(Progess awtomatiku għat-Tieni Rawnd)
(Klassifikati mill-1 sat-3 post)
Urna B
(Progess awtomatiku għat-Tieni Rawnd)
(Klassifikati mir-4 sas-6 post)
Urna Ċ
(Progess awtomatiku għat-Tieni Rawnd)
(Klassifikati mis-7 sat-12-il post)
Urna D
(Progess awtomatiku għat-Tieni Rawnd)
(Klassifikati fit-13-il post)
Urna E
(L-Ewwel Rawnd)
(Klassifikati mill-14 sal-24 post)
Urna F
(L-Ewwel Rawnd)
(Klassifikati mill-25 sal-35 post)

L-Ewwel Rawnd[editja]

It-22 tim ikklassifikat mill-14 sal-35 post ikkompetew fl-Ewwel Rawnd. It-timijiet ikklassifikati bejn l-14 u l-24 post kienu mtellgħin biex jaffrontaw timijiet bejn il-25 u l-35 post. It-timijiet kollha lagħbu logħob ġewwa u barra minn darhom kontra l-avversarji, barra tliet partiti: Porto RikuRepubblika Dominikana, GrenadaGżejjer Verġni Amerikani u MontserratSurinam, li ntlagħbu fuq leg wieħed minħabba nuqqas ta' qbil fuq l-istadji li kellhom jintużaw min-naħa tal-federazzjonijiet. Ir-rebbieħa avvanzaw għat-Tieni Rawnd.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Grupp 1
Dominika Flag of Dominica.svg 1–2 Flag of Barbados.svg Barbados 1–1 0–1
Gżejjer Turks u Kajkos Flag of the Turks and Caicos Islands.svg 2–3 Flag of Saint Lucia.svg Santa Luċija 2–1 0–2
Bermuda Flag of Bermuda.svg 4–2 Flag of the Cayman Islands.svg Gżejjer Kajman 1–1 3–1
Aruba Flag of Aruba.svg 0–4 Flag of Antigua and Barbuda.svg Antigwa u Barbuda 0–3 0–1
Grupp 2
Beliże Flag of Belize.svg 4–2 Flag of Saint Kitts and Nevis.svg San Kitts u Nevis 3–11 1–1
Baħamas Flag of the Bahamas.svg (gbd) 3–3 Flag of the British Virgin Islands.svg Gżejjer Verġni Brittaniċi 1–1 2–22
Repubblika Dominikana Flag of the Dominican Republic.svg 0–1 Flag of Puerto Rico.svg Pwerto Riko N/A 0–1 (ħs)3
Grupp 3
Gżejjer Verġni Amerikani Flag of the United States Virgin Islands.svg 0–10 Flag of Grenada.svg Grenada N/A 0–103
Surinam Flag of Suriname.svg 7–1 Flag of Montserrat.svg Montserrat N/A 7–14
El Salvador Flag of El Salvador.svg 16–0 Flag of Anguilla.svg Angwilla 12–0 4–05
Nikaragwa Flag of Nicaragua.svg 0–3 Flag of the Netherlands Antilles (1986-2010).svg Antilli Olandiżi 0–1 0–2

1 Beliże mexxew il-leg li kellhom jilgħabu ġewwa darhom lejn il-Gwatemala.

2 Iż-żewġ legs intlagħbu fil-Baħamas.

3 Intlagħbet fuq bażi ta' leg waħda minħabba nuqqas ta' grawnds aċċettati għal kompetizzjoni tal-FIFA.

4 Intlagħbet f'leg waħda fit-Trinidad u Tobago minħabba li l-ebda tim ma seta' jipprovdi impjant espedjanti skont il-linji gwida tal-FIFA.

5 Intlagħbet fl-iStati Uniti minħabba li l-istadju tal-Angwilla mhuwiex impjant espedjanti.

It-Tieni Rawnd[editja]

Fit-Tieni Rawnd, il-ħdax-il rebbieħ tal-ewwel rawnd ingħaqdu mat-tlettax-il tim li ngħataw id-dritt li jikkwalifikaw awtomatikament għat-Tieni Rawnd. It-timijiet ikklassifikati mill-1 sat-12-il post kienu mtellgħin biex jilgħabu kontra l-ħdax-il rebbieħ tal-Ewwel Rawnd flimkien ma' San Vinċenz u l-Grenadini, li kien ikklassifikat fit-tlettax-il post. It-timijiet lagħbu żewġ logħbiet barra u ġewwa darhom kontra l-avversarji u r-rebbieħa avvanzaw għar-rawnd suċċessiv. Il-partiti saru f'Ġunju tal-2008.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Grupp 1
Stati Uniti Flag of the United States.svg 9–0 Flag of Barbados.svg Barbados 8–0 1–0
Gwatemala Flag of Guatemala.svg 9–1 Flag of Saint Lucia.svg Santa Luċija 6–0 3–11
Trinidad u Tobago Flag of Trinidad and Tobago.svg 3–2 Flag of Bermuda.svg Bermuda 1–2 2–0
Antigwa u Barbuda Flag of Antigua and Barbuda.svg 3–8 Flag of Cuba.svg Kuba 3–4 0–4
Grupp 2
Beliże Flag of Belize.svg 0–9 Flag of Mexico.svg Messiku 0–22 0–7
Ġamajka Flag of Jamaica.svg 13–0 Flag of the Bahamas.svg Baħamas 7–0 6–03
Ħonduras Flag of Honduras.svg 6–2 Flag of Puerto Rico.svg Pwerto Riko 4–0 2–2
San Vinċenz u l-Grenadini Flag of Saint Vincent and the Grenadines.svg 1–7 Flag of Canada.svg Kanada 0–34 1–4
Grupp 3
Grenada Flag of Grenada.svg 2–5 Flag of Costa Rica.svg Kosta Rika 2–2 0–3
Surinam Flag of Suriname.svg 3–1 Flag of Guyana.svg Gujana 1–0 2–1
Panama Flag of Panama.svg 2–3 Flag of El Salvador.svg El Salvador 1–0 1–3
Ħaiti Flag of Haiti.svg 1–0 Flag of the Netherlands Antilles (1986-2010).svg Antilli Olandiżi 0–0 1–0

1 Santa Luċija mexxew il-leg li kellhom jilgħabu ġewwa darhom lejn l-iStati Uniti.

2 Beliże mexxew il-leg li kellhom jilgħabu ġewwa darhom lejn l-iStati Uniti.

3 Il-Baħamas għażlu li l-leg li kellhom jilgħabu ġewwa darhom tintlagħab fil-Ġamajka.

4 L-ordni tal-legs ġiet riversata wara t-tlugħ oriġinali tal-poloz.

It-Tielet Rawnd[editja]

Ir-rebbieħa tat-Tieni Rawnd ġew pożizzjonati fi tliet gruppi ta' erba' timijiet, fejn se jilgħabu rawnd doppju bi skeda ta' logħob barra u ġewwa darhom. L-aqwa tnejn mill-kull grupp javvanzaw għar-Rawnd Finali.

Grupp 1[editja]

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of the United States.svg Stati Uniti 2 2 0 0 2 0 +2 6
Flag of Trinidad and Tobago.svg Trinidad u Tobago 2 1 1 0 4 2 +2 4
Flag of Guatemala.svg Gwatemala 2 0 1 1 1 2 −1 1
Flag of Cuba.svg Kuba 2 0 0 2 1 4 −3 0
  Kuba Gwatemala Trinidad u Tobago Stati Uniti
Kuba Flag of Cuba.svg 2 – 1 1 – 3 0 – 1
Gwatemala Flag of Guatemala.svg 4 – 1 0 – 0 0 – 1
Trinidad u Tobago Flag of Trinidad and Tobago.svg 3 – 0 1 – 1 2 – 1
Stati Uniti Flag of the United States.svg 6 – 1 2 – 0 3 – 0

Grupp 2[editja]

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Mexico.svg Messiku 2 2 0 0 5 1 +4 6
Flag of Honduras.svg Ħonduras 2 1 0 1 3 3 0 3
Flag of Canada.svg Kanada 2 0 1 1 2 3 −1 1
Flag of Jamaica.svg Ġamajka 2 0 1 1 1 4 −3 1
  Kanada Ħonduras Ġamajka Messiku
Kanada Flag of Canada.svg 1 – 2 1 – 1 2 – 2
Ħonduras Flag of Honduras.svg 3 – 1 2 – 0 1 – 0
Ġamajka Flag of Jamaica.svg 3 – 0 1 – 0 1 – 0
Messiku Flag of Mexico.svg 2 – 1 2 – 1 3 – 0

Grupp 3[editja]

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Costa Rica.svg Kosta Rika 2 2 0 0 8 0 +8 6
Flag of El Salvador.svg El Salvador 2 1 0 1 5 1 +4 3
Flag of Haiti.svg Ħaiti 2 0 1 1 2 7 −5 1
Flag of Suriname.svg Surinam 2 0 1 1 2 9 −7 1
  Kosta Rika El Salvador Ħaiti Surinam
Kosta Rika Flag of Costa Rica.svg 1 – 0 2 – 0 7 – 0
El Salvador Flag of El Salvador.svg 1 – 3 5 – 0 2 – 2
Ħaiti Flag of Haiti.svg 1 – 3 0 – 0 2 – 2
Surinam Flag of Suriname.svg 1 – 4 0 – 2 1 – 1

Ir-Raba' Rawnd[editja]

Is-sitt timijiet li waslu sar-Raba' Rawnd jingħaqdu fi grupp wieħed, fejn jilgħabu kontra xulxin fuq bażi ta' żewġ partiti, bl-aqwa tlieta jsibu post garantit fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2010. Ir-raba' klassifikat, min-naħa l-oħra, jikkompeti fi play-off kontra t-tim fil-ħames post mill-CONMEBOL.

Ħoloq esterni[editja]