Kolonja ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Kolonja tal-Gżira ta' Malta u d-Dipendenzi tagħha
Crown Colony of the Island of Malta and its Dependencies
Colonia dell'Isola di Malta e Sue Dipendenze
Bandiera Emblema
1813-1964
Malta-CIA WFB Map.png Mappa ta' Malta
Kapitali Valletta
Lingwi Ingliż
Malti
Taljan (sal-1934)
Gvern Kolonja
Re/Reġina:
Ġorġ III (l-ewwel, 1813-1820)
Eliżabetta II (l-aħħar, 1952-1964)
Gvernatur:
Thomas Maitland (l-ewwel, 1813-1824)
Maurice Henry Dorman (l-aħħar, 1962-1964)
Prim Ministru:
Joseph Howard (l-ewwel, 1813-1824)
Ġorġ Borg Olivier (l-aħħar, 1962-1964)
Munita Skud Malti u diversi muniti oħra (1813-1825)
Lira Sterlina (1825-1964)
Preċedut minn Flag of the United Kingdom.svg Protettorat ta' Malta
23 ta' Lulju 1813
Suċċedut minn Flag of Malta.svg Stat ta' Malta
21 ta' Settembru 1964

Il-Kolonja ta' Malta kien l-isem uffiċjali ta' Malta meta kienet kolonja Ingliża bejn l-1813 u l-1964.

Seklu Dsatax u l-bidu tas-Seklu Għoxrin[editja]

Ir-Renju Unit kien ħa Malta fl-1800, u għall-bidu l-gżejjer ġew amministrati bħala protettorat. Madankollu, fl-1813 Thomas Maitland sar l-ewwel Gvernatur ta' Malta, u sena wara Malta saret kolonja Ingliża uffiċjalment fit-Trattat ta' Pariġi. Maitland kien attiv ħafna fl-mministrazzjoni ta' Malta u ftit wara li wasal irnexxielu jeqred il-pesta li kienet faqqgħet fl-1813. Hu baqa' gvernatur ta' Malta sakemm miet fl-1824, u f'dawk is-snin irnexxielu jbiddel ħafna affarijiet, fosthom it-tneħħija tal-Università u tibdil ieħor fil-qrati u fil-gvern.

Waqt il-Gwerra Griega tal-Indipendenza ta' bejn l-1821 u l-1832, Malta saret bażi importanti għall-forzi navali Ingliżi, Franċiżi u Russi, speċjalment wara l-Battalja ta' Navarino tal-1827. B'hekk kien hemm ħafna kummerċ u l-ekonomija Maltija marret għall-aħjar. Sfortunatament ftit wara li spiċċat il-gwerra l-ekonomija marret lura għax il-kummerċ spiċċa.

Fl-1835 Malta ngħatat kostituzzjoni u b'hekk inħoloq gvern Malti mhux elett għall-ewwel darba. Wara l-irvell tal-karnival fl-1846, Malta ngħatat kostituzzjoni ġdida fejn kien hemm gvern parzjalment elett. Fl-1887, b'kostituzzjoni oħra il-membri eletti Maltin kienu f'maġġoranza, iżda dan waqaf bil-kostituzzjoni tal-1903 meta is-sitwazzjoni reġgħet saret bħal ma kienet fl-1849.

Waqt il-Gwerra tal-Krimea bejn l-1853 u l-1856, reġgħa kien hemm ħafna kummerċ u Malta saret bażi navali u militari importanti. Wara l-gwerra l-kummerċ reġgħa naqas iżda wara żdied meta nfetaħ il-Kanal Swejż fl-1869.

Fl-aħħar kwart tas-seklu kien hemm ukoll progress ieħor f'diversi setturi, fosthom il-fondazzjoni tal-Bank Anglo-Eġizzjan (1882), il-bidu tal-vapur tal-art (1883) u r-riforma tas-servizzi postali (1885). Fl-1912, Dun Karm Psaila kiteb l-ewwel poeżija bil-Malti.

L-Ewwel Gwerra Dinjija u l-perjodu ta' bejn il-gwerer[editja]

Waqt il-gwerra tal-1914 sal-1918, Malta ma ratx ġlied, iżda ħafna suldati mweġġgħa kienu jiġu Malta sabiex ifiequ, u b'hekk Malta saret magħrufa bħala "l-infermiera tal-Mediterran". Fl-1919 kien hemm l-irvell tas-Sette Giugno, u b'riżultat ta' dan Malta ngħatat is-self-government fil-kostituzzjoni tal-1921 u kien elett l-ewwel prim ministru. Fit-tletinijiet kien hemm kunflitt bejn il-knisja u Gerald Strickland u kien hemm l-ewwel interdett. Ftit wara, it-Taljan ma baqax linqwa uffiċjali f'Malta minħabba l-poter ta' Benito Mussolini u l-faxxisti li kien problema għall-Ingliżi f'Malta. B'hekk spiċċat il-kwistjoni tal-lingwa.

It-Tieni Gwerra Dinjija[editja]

Malta kienet involuta sew fit-Tieni Gwerra Dinjija minħabba l-fatt li l-Italja kienet kontra l-Ingilterra fil-gwerra. Malta ġiet ibbumbardjata spiss u ħafna nies mietu, speċjalment fl-inħawi tal-Port il-Kbir. Barra minn hekk, diversi binjiet storiċi bħat-Teatru Rjal, il-Berġa ta' Alvernja u Forti San Mikiel ġew imġarrfa u ma reġgħux inbnew. Malta ġiet salvata fil-konvoj ta' Santa Marija, Operation Pedestal fejn ħames vapuri fosthom l-Ohio rnexxielhom jaslu Malta bl-ikel u l-fjuwil li kien essenzjali għal Malta. Il-bumbardamenti fuq Malta naqsu fl-1943 u dik is-sena l-alleati attakkaw Sqallija minn Malta. B'hekk il-forzi Germaniżi u Taljani ma kellhomx minn fejn jattakkaw lil Malta u b'hekk il-gwerra f'Malta spiċċat.

It-triq għall-indipendenza[editja]

Wara l-gwerra Malta reġgħet ingħatat is-self-government fil-kostituzzjoni tal-1947, u b'hekk bdiet it-triq għall-indipendenza. Waqt li kien hemm diversi problemi fil-ħamsinijiet fosthom il-proposta tal-integrazzjoni mar-Renju Unit, l-interdett u r-rundown tal-forzi Ingliżi f'Malta, eventwalment Malta ngħatat l-indipendenza fil-21 ta' Settembru, 1964.

Ara wkoll[editja]