Kileb

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Fl-arkitettura kileb hija ġebla li ssorġi minn ħajt biex terfa' piż jew struttura fuqha. It-teknika tal-bini, fejn filati ta' kileb jerfgħu ħajt jew parapett li jsorġi 'l barra, ġiet wżata miż-żmienijiet neolitiċi. Hija teknika komuni fl-arkitteturra Ewropeja medjevali kif wkoll fl-arkitettura antika Ċiniża.

Użu tal-kileb fil-bini[editja]

It-teknika fejn kileb, filata fuq filata jaqleb il-barra fuq ħajt jew kileb ieħor, ġiet wżata għal-żmien twil bħala teknika għat-tisqif sempliċi - pereżempju f'ħafna bini Neolitiku. Hawn, fl-aktar mod primittiv, kileb tal-ġebel joħroġ lejn in-nofs tal-kamra sakemm jiltaqa' ma kileb ieħor. F'mod aktar sofistikat il-kileb joħroġ sakemm il-wisa' li tibqa tkun tista' tiġi magħluqa b'xriek tal-qasba li jserħħu fuq iż-żewġ estremitajiet tal-kileb. Ħafna drabi, il-vojt wara il kileb jimtela bil-mazkan.

Ħoloq[editja]