Kassisa
|
|
Bħalissa, MTSap qiegħda timmodifika din il-paġna. L-intenzjoni ta' dan il-messaġġ hi li tnaqqas il-kunflitti ta' editjar, u mhux biex l-utent imsemmi hawn fuq jieħu pussess tal-paġna. Għalkemm hemm min qed jaħdem fuq dan l-artiklu, int xorta waħda tista' tagħti l-kontribut tiegħek, però timmarkax l-artiklu bħala abbozz. Jekk jogħġbok neħħi dan l-mudell jekk l-aħħar modifika saret bosta ġranet ilu.
|
| Kassisa | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Plantae |
| (mhux klassifikata): | Angiospermae |
| (mhux klassifikata): | Eudicotyledones |
| (mhux klassifikata): | Eudicotyledones tan-nulekju |
| Ordni: | Saxifragales |
| Familja: | Grossulariaceae |
| Ġeneru: | Ribes |
| Speċi: | R. nigrum |
| Isem binominali | |
| Ribes nigrum |
|
| Sinonimi | |
|
R. nigrum forma chlorocarpum (Späth) Rehder
|
|
Il-kassisa, Ribes nigrum hi speċi ta' Ribes indiġena fl-Ewropa ta' Fuq u fl-Asja, u hi perenni.
Il-kassis jikber f'arbuxxelli żgħar għoljin bejn 1-2 m. Il-weraq tagħhom huma alternati, sempliċi, bejn 3-5 ċm twal u wisgħin, u palmati maqsumin f'ħames tebqiet bit-truf bis-snien. Il-fjuri huma bejn 4-6 mm fid-dijametru, b'ħames petali b'lewn minn aħdar ħamrani sal-kannella; dawn dawn joħorġu f'raċemi bejn 5-10 ċm twal.
Il-pjanta tagħti fwieħa qawwija mill-weraq u z-zkuk. Tagħmel bakek li jittieklu, 1 ċm fid-dijametru, ta' kulur vjola skur ħafna, kważi iswed, bil-ġilda tleqq u caliċi li ma jaqax fuq nett. Il-ftit żerriegħa fil-bakek huma rikki fin-nutrijenti. Arbuxxell stabbilit jista' jipproduċi sa 5 kilogrammi ta' bakek matul is-sajf.
Ix-xtieli mill-Ażja kultant jiddistingwuhom bħala varjetà separata, Ribes nigrum var. sibiricum, jew anki bħala speċi distinta Ribes cyathiforme.
[editja] Kultivari
Hemm kultivari ħafna tal-kassis, fosthom: Amos Iswed, Ben Alder, Ben Avon, Ben Connan, Ben Dorain, Ben Gairn, Ben Tama, Ben Lomond, Ben Loyal, Ben More, Ben Sarek, Ben Tirran, Ben Zona, Big Ben , Boskoop Giant, Cotswold Cross u Wellington XXX.
Varjetajiet ġodda qed jiġu żviluppati kontinwament biex tissaħaħ it-tolleranza għall-ġlata u r-reżistenza għall-mard u jittejjeb il-ħsad bil-magna, il-kwalità tal-frott, il-kontenut nutrittiv u togħma tal-frott[2]. Żewġ kultivari ġodda li ħarġu mill-programm tat-tnissil tal-kassis f'British Colombia, il-Kanada - Blackcomb u Tahsis - intgħażlu għall-immunità li għandhom għall-fungu tal-arżnu, Cronartium ribicola, u t-tolleranza għall-ġlata[3].
Fil-Finlandja jikkoltivaw varjetajiet li jipproduċu frott aħdar, ta' togħma inqas qawwija u iżjed ħelwa mill-kassis tipiku. Dan jissejjaħ viherherukka[4].
[editja] Kultivazzjoni
Tħejjija qabel it-tħawwil
Hu importanti ħafna li jkun hemm eradikazzjoni kompluta tal-ħaxix ħażin għal staġun sħiħ qabel it-tħawwil. Hu rakkomandat li jintużaw l-erbiċidi għall ħaxix ħażin. Barra minn hekk il-ħamrija għandha tiġi ttestjata għan-nematodi; jista' jkun hemm bżonn il-fumigazzjoni fejn hemm preżenza sinifikanti ta' nematodi li jġorru l-virus.
Il-kultivaturi għandhom iqisu l-fertilità ġenerali tal-art fejn ikunu se jħawlu (pereż. nutrijenti, pH) biex jiżguraw is-sit jissodisfa l-kondizzjonijiet tat-tħawwil rakkomandati kif hu spjegat fil-gwida għall-produtturi ta' din ix-xitla (www.berrycrops.net).
Hu importanti li jkun hemm biżżejjed irrigazzjoni u skulatura tal-ilma qabel wieħed jaħseb biex iħawwel.