Karl Shuker

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Karl P. N. Shuker (t. 1959) huwa zoologu, kripto-zoologu u awtur Brittaniku li jgħix fil-West Midlands, l-Ingilterra. Huwa jaħdem bħala konsulent zooloġikali, konsulent tal-media u kittieb awtorevoli tal-kripto-zooloġija.

Shuker kiseb B.Sc fiz-zooloġija mill-Università ta’ Leeds u ġab id-dottorat fiz-zooloġija u l-fizjoloġija komparattiva mill-Università ta’ Birmingham. Huwa membru ta’ ħafna soċjetajiet xjentifiċi. Shuker huwa wieħed mill-kriptologi l-aktar magħrufa fid-dinja. Kiteb diversi artikli u ppubblika erbatax-il ktieb.

Shuker kien l-ewwel kripto-zoologu li ġibed l-attenzjoni dwar numru konsiderevoli ta’ kriptidi li sa dakinhar ma kinux magħrufin. Minbarra l-pubblikazzjonijiet tiegħu, Shuker jikkorrispondi regolarment fil-Fortean Times, huwa l-editur speċjali u korrispondent dwar il-kripto-zooloġija għal Strange Magazine, u korrispondent regolari għal Fate u pubblikazzjonijiet oħrajn simili. Barra minn dan, huwa konsulent zooloġiku għar-rekords dinjija tal-Guinness. Ikkontribwixxa bħala konsulent għal diversi serje televiżivi wkoll, bħal Into the Unknown tad-Discovery TV.

Speċi ġdida ta’ Loricifera, Pliciloricus shukeri, issemmiet għalih fl-2005.

Kotba[editja]

Konsulenza jew korrispondenza[editja]

  • Man and Beast (1993)
  • Secrets of the Natural World (1993)
  • Almanac of the Uncanny (1995)
  • The Guinness Book of Records/Guinness World Records (1997-Present Day)
  • Mysteries of the Deep (1998)
  • Guinness Amazing Future (1999)
  • The Earth (2000)
  • Monsters (2001)
  • Chambers Dictionary of the Unexplained (2007)
  • Chambers Myths and Mysteries (2008)
  • The Fortean Times Paranormal Handbook (2009)

Links esterni[editja]