Kampjonat tal-futbol Ingliż 2008-09

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Premier League 2008–09
Premier League.svg.png
Isem sħiħ Barclays Premier League
Edizzjoni 114
Ċampjin Manchester United
Relegati Newcastle United
Middlesbrough
West Bromwich Albion
L-aqwa skorer Bandiera ta' Franza Nicolas Anelka
Bidu tal-istaġun 16 ta' Awwissu 2008
Tmiem tal-istaġun 24 ta' Mejju 2009
Lokalità tal-klabbs
Premier League 2008-2009.png
Kronoloġija tal-kompetizzjoni

L-istaġun 2008–09 tal-Premier League kien is-sbatax-il edizzjoni minn meta ġie stabbilit fl-1992. Manchester United ġew inkurunati ċampjins għall-ħdax-il darba u għat-tielet darba konsekuttiva fil-ġurnata ta' qabel tal-aħħar tal-istaġun. Il-kampjonat beda fis-16 ta' Awwissu 2008,[1] u spiċċa fl-24 ta' Mejju 2009. Total ta' għoxrin tim ikkontestaw dan il-kampjonat, li jikkonsistu minn sbatax li ħadu sehem fl-istaġun ta' qabel u tlieta li ġew promossi mill-Football League Championship.

Minn dan l-istaġun, il-klabbs huma permessi li jagħżlu seba' plejers fuq il-bank tas-sostituti minflok ħamsa.[2] Dan l-istaġun hu differenti wkoll minħabba li ma kienx hemm il-partita tradizzjonali tal-Ewwel tas-Sena. Din hi minħabba li t-Tielet Rawnd tal-FA Cup li tradizzjonalment tintlagħab fl-ewwel Sibt ta' Jannar, ħabtet fl-istess ġurnata tal-logħob tal-Ewwel tas-Sena mill-kampjonat.[3]

L-ewwel gowl tal-istaġun ġie skurjat mill-plejer tal-Arsenal Samir Nasri kontra t-tim promoss ta' West Bromwich Albion fir-raba' minuta tal-ewwel taqsima tal-ewwel partita tal-istaġun tas-16 ta' Awwissu.[4] Gabriel Agbonlahor tal-Aston Villa skorja l-ewwel tripletta tal-istaġun kontra Manchester City, fejn irnexxielu jagħmel dan f'temp ta' seba' minuti.[5]

Manchester United ħadu t-titlu tal-Premier League 2009 wara pari kontra Arsenal nhar is-16 ta' Mejju, 2009, li tahom il-ħdax-il titlu tal-kampjonat, u t-tmintax-il wieħed totali, fejn b'hekk ugwaljaw ir-rekord miżmum minn Liverpool. Din kienet it-tieni darba li t-titlu rebħuh għal tliet snin infila, wara s-serje ta' rebħiet fl-2001. West Bromwich Albion saru l-ewwel tim relegat għaċ-Championship wara telfa ta' 2–0 ġewwa darhom kontra Liverpool nhar is-17 ta' Mejju 2009. Magħhom ingħaqdu Middlesbrough u Newcastle United li fl-aħħar ġurnata tal-istaġun tilfu kontra West Ham United u Aston Villa rispettivament. Dan ifisser li Hull City u Sunderland salvaw posthom fl-ogħla diviżjoni minkejja li tilfu kontra Manchester United u Chelsea. Din kienet l-ewwel darba mill-istaġun 2005–06 li aktar minn tim promoss żamm postu fil-Premier League.

Werrej

[editja] Timijiet

[editja] Promozzjoni u relegazzjoni

Aiga uparrow inv.svg Timijiet promossi mill-Football League Championship 2007–08

Aiga downarrow inv.svg Timijiet relegati għall-Football League Championship 2008–09

[editja] Klassifika

#
Klabb
L
R
P
T
GF
GK
DG
Pti
Kwalifikazzjoni jew relegazzjoni
1 Manchester United  (Ċ) 38 28 6 4 68 24 +44 90 UEFA Champions League
Fażi tal-gruppi
2 Liverpool 38 25 11 2 77 27 +50 86
3 Chelsea 38 25 8 5 68 24 +44 83
4 Arsenal 38 20 12 6 68 37 +31 72 UEFA Champions League
Rawnd preliminarju
5 Everton 38 17 12 9 55 37 +18 63 UEFA Europa League 2009–10
Rawnd preliminarju
6 Aston Villa 38 17 11 10 54 48 +6 62
7 Fulham 38 14 11 13 39 34 +5 53 UEFA Europa League 2009–10
It-tielet rawnd preliminarju
8 Tottenham Hotspur 38 14 9 15 45 45 0 51
9 West Ham United 38 14 9 15 42 45 −3 51
10 Manchester City 38 15 5 18 58 50 +8 50
11 Wigan Athletic 38 12 9 17 34 45 −11 45
12 Stoke City 38 12 9 17 38 55 −17 45
13 Bolton Wanderers 38 11 8 19 41 53 −12 41
14 Portsmouth 38 10 11 17 38 57 −19 41
15 Blackburn Rovers 38 10 11 17 40 60 −20 41
16 Sunderland 38 9 9 20 34 54 −20 36
17 Hull City 38 8 11 19 39 64 −25 35
18 Newcastle United  (R) 38 7 13 18 40 59 −19 34 Relegazzjoni għall-
Football League
Championship
19 Middlesbrough  (R) 38 7 11 20 28 57 −29 32
20 West Bromwich Albion  (R) 38 8 8 22 36 67 −31 32

Aġġornament sal-aħħar partiti li ntlagħbu fl-24 ta' Mejju 2009
Sors: Barclays Premier League
Regoli għall-kwalifikazzjoni: l-ewwel skont il-punti, it-tieni skont id-differenza fil-gowls, it-tielet skont kemm il-gowls ġew skurjati
# = Pożizzjoni; L = Logħbiet; R = Rebħiet; P = Pari; T = Telfiet; GF = Gowls favur; GK = Gowls kontra; DG = Differenza tal-gowls; Pti = Punti; (Ċ) = Ċampjin; (R) = Relegat

[editja] Riżultati

Intern \ Estern1 ARS AST BLA BOL CHE EVE FUL HUL LIV MNC MNU MID NEW POR STK SUN TOT WBA WHU WIG
Arsenal 0–2 4–0 1–0 1–4 3–1 0–0 1–2 1–1 2–0 2–1 2–0 3–0 1–0 4–1 0–0 4–4 1–0 0–0 1–0
Aston Villa 2–2 3–2 4–2 0–1 3–3 0–0 1–0 0–0 4–2 0–0 1–2 1–0 0–0 2–2 2–1 1–2 2–1 1–1 0–0
Blackburn Rovers 0–4 0–2 2–2 0–2 0–0 1–0 1–1 1–3 2–2 0–2 1–1 3–0 2–0 3–0 1–2 2–1 0–0 1–1 2–0
Bolton Wanderers 1–3 0–2 0–0 0–2 0–1 1–3 1–1 0–2 2–0 0–1 4–1 1–0 2–1 3–1 1–2 3–2 0–0 2–1 0–1
Chelsea 1–2 2–0 2–0 4–3 0–0 3–1 0–0 0–1 1–0 1–1 2–0 0–0 4–0 2–1 5–0 1–1 2–0 1–1 2–1
Everton 1–1 2–3 2–3 3–0 0–0 1–0 2–0 0–2 1–2 1–1 1–1 2–2 0–3 3–1 3–0 1–1 2–0 3–1 4–0
Fulham 1–0 3–1 1–2 2–1 2–2 0–2 0–1 0–1 1–1 2–0 3–0 2–1 3–1 1–0 0–0 2–1 2–0 1–2 2–0
Hull City 1–3 0–1 1–2 0–1 0–3 2–2 2–1 1–3 2–2 0–1 2–1 1–1 0–0 1–2 1–4 1–2 2–2 1–0 0–5
Liverpool 4–4 5–0 4–0 3–0 2–0 1–1 0–0 2–2 1–1 2–1 2–1 3–0 1–0 0–0 2–0 3–1 3–0 0–0 3–2
Manchester City 3–0 2–0 3–1 1–0 1–3 0–1 1–3 5–1 2–3 0–1 1–0 2–1 6–0 3–0 1–0 1–2 4–2 3–0 1–0
Manchester United 0–0 3–2 2–1 2–0 3–0 1–0 3–0 4–3 1–4 2–0 1–0 1–1 2–0 5–0 1–0 5–2 4–0 2–0 1–0
Middlesbrough 1–1 1–1 0–0 1–3 0–5 0–1 0–0 3–1 2–0 2–0 0–2 0–0 1–1 2–1 1–1 2–1 0–1 1–1 0–0
Newcastle United 1–3 2–0 1–2 1–0 0–2 0–0 0–1 1–2 1–5 2–2 1–2 3–1 0–0 2–2 1–1 2–1 2–1 2–2 2–2
Portsmouth 0–3 0–1 3–2 1–0 0–1 2–1 1–1 2–2 2–3 2–0 0–1 2–1 0–3 2–1 3–1 2–0 2–2 1–4 1–2
Stoke City 2–1 3–2 1–0 2–0 0–2 2–3 0–0 1–1 0–0 1–0 0–1 1–0 1–1 2–2 1–0 2–1 1–0 0–1 2–0
Sunderland 1–1 1–2 0–0 1–4 2–3 0–2 1–0 1–0 0–1 0–3 1–2 2–0 2–1 1–2 2–0 1–1 4–0 0–1 1–2
Tottenham Hotspur 0–0 1–2 1–0 2–0 1–0 0–1 0–0 0–1 2–1 2–1 0–0 4–0 1–0 1–1 3–1 1–2 4–0 1–0 0–0
West Brom. Albion 1–3 1–2 2–2 1–1 0–3 1–2 1–0 0–3 2–0 2–1 0–5 3–0 2–3 1–1 0–2 2–0 2–0 3–2 3–1
West Ham United 0–2 0–1 4–1 1–3 0–1 1–3 3–1 2–0 0–3 1–0 0–1 2–1 3–1 0–0 2–1 2–0 0–2 0–0 2–1
Wigan Atletic 1–4 0–4 3–0 0–0 0–1 1–0 0–0 1–0 1–1 2–1 1–2 0–1 2–1 1–0 0–0 1–1 1–0 2–1 0–1

Aġġornament sal-aħħar partiti li ntlagħbu fl-24 ta' Mejju 2009
Sors: Barclays Premier League
1 It-tim li jilgħab f'daru hu mniżżel fil-kolonna xellugija.
Kuluri: Blu = rebħa ta' tim f'daru; Abjad = pari; Aħmar = rebħa ta' tim barra minn daru.

[editja] L-aqwa skorers

Poż. Plejer Klabb Gowls[6]
1 Bandiera ta' Franza Nicolas Anelka Chelsea 19
2 Bandiera tal-Portugall Cristiano Ronaldo Manchester United 18
3 Bandiera tal-Ingilterra Steven Gerrard Liverpool 16
4 Bandiera tal-Brażil Robinho Manchester City 14
Bandiera ta' Spanja Fernando Torres Liverpool 14
6 Bandiera tal-Ingilterra Darren Bent Tottenham Hotspur 12
Bandiera tal-Ingilterra Carlton Cole West Ham United 12
Bandiera tal-Ingilterra Kevin Davies Bolton Wanderers 12
Bandiera tal-Olanda Dirk Kuyt Liverpool 12
Bandiera tal-Ingilterra Frank Lampard Chelsea 12
Bandiera tal-Ingilterra Wayne Rooney Manchester United 12

[editja] Unuri tax-xahar

Xahar Kowċ Plejer
Awwissu 2008 Bandiera tal-Ingilterra Gareth Southgate (Middlesbrough) Bandiera tal-Portugall Deco (Chelsea)
Settembru 2008 Bandiera tal-Ingilterra Phil Brown (Hull City) Bandiera tal-Ingilterra Ashley Young (Aston Villa)
Ottubru 2008 Bandiera ta' Spanja Rafael Benítez (Liverpool) Bandiera tal-Ingilterra Frank Lampard (Chelsea)
Novembru 2008 Bandiera tal-Ingilterra Gary Megson (Bolton) Bandiera ta' Franza Nicolas Anelka (Chelsea)
Diċembru 2008 Bandiera tal-Irlanda ta' Fuq Martin O'Neill (Aston Villa) Bandiera tal-Ingilterra Ashley Young (Aston Villa)
Jannar 2009 Bandiera tal-Iskozja Sir Alex Ferguson (Manchester United) Bandiera tas-Serbja Nemanja Vidić (Manchester United)
Frar 2009 Bandiera tal-Iskozja David Moyes (Everton) Bandiera tal-Ingilterra Phil Jagielka (Everton)
Marzu 2009 Bandiera ta' Spanja Rafael Benítez (Liverpool) Bandiera tal-Ingilterra Steven Gerrard (Liverpool)
April 2009 Bandiera tal-Iskozja Sir Alex Ferguson (Manchester United) Bandiera tar-Russja Andrei Arshavin (Arsenal)

[editja] Unuri annwali

[editja] Plejer tas-Sena tal-PFA

L-unur tal-Plejer tas-Sena tal-PFA għall-2009 ġie mirbuħ minn Ryan Giggs ta' Manchester United.

Il-lista tan-nominati għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-PFA, b'ordni alfabetiku, kienu dawn is-segwenti:

[editja] Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA

L-unur tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA ġie mirbuħ minn Ashley Young ta' Aston Villa.

Il-lista tan-nominati għal dan l-unur kienu dawn is-segwenti:

[editja] Tim tas-Sena tal-PFA

Gowler: Edwin van der Sar (Manchester United)
Difiża: Glen Johnson (Portsmouth), Patrice Evra, Rio Ferdinand, Nemanja Vidić (kollha ta' Manchester United)
Nofs il-grawnd Steven Gerrard (Liverpool), Cristiano Ronaldo, Ryan Giggs (it-tnejn ta' Manchester United), Ashley Young (Aston Villa)
Attakk: Nicolas Anelka (Chelsea), Fernando Torres (Liverpool)

[editja] Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League

  • Il-gowler ta' Aston Villa, Brad Friedel, ingħata l-Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League wara li laħaq kwota ta' 167 dehra konsekuttiva fil-Premier League.[7]
  • Il-gowler ta' Manchester United, Edwin van der Sar, kiseb l-Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League wara li kiser ir-rekord ta' minuti ta' logħob mingħajr ma jlaqat gowl, b'total ta' ħdax-il partita konsekuttiva ta' inbattibilità li bdiet mill-partita kontra Stoke City fil-15 ta' Novembru 2008 u baqgħet għaddejja sal-partita kontra West Bromwich Albion fis-27 ta' Jannar 2009.[8]
  • Il-gowler ta' Portsmouth, Daivd James, ġie onoart bl-Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League wara li kiser ir-rekord ta' preżenzi fil-Premier League nhar l-14 ta' Frar 2009 wara li għamel il-536 apparenza fir-rebħa ta' Portsmouth ta' 2–0 fuq Manchester City.[9]

[editja] Stadji

Klabb Stadju Kapaċità
Manchester United Old Trafford 76,212
Arsenal Emirates Stadium 60,355
Newcastle United St James' Park 52,387
Sunderland Stadium of Light 48,707
Manchester City City of Manchester Stadium 47,726
Liverpool Anfield 45,522
Aston Villa Villa Park 42,640
Chelsea Stamford Bridge 42,055
Everton Goodison Park 40,569
Tottenham Hotspur White Hart Lane 36,240
West Ham United Upton Park 35,303
Middlesbrough Riverside Stadium 35,049
Blackburn Rovers Ewood Park 31,367
Fulham Craven Cottage 30,500
Bolton Wanderers Reebok Stadium 28,723
Stoke City Britannia Stadium 28,383
West Bromwich Albion The Hawthorns 28,003
Hull City KC Stadium 25,404
Wigan Athletic JJB Stadium 25,138
Portsmouth Fratton Park 20,688

[editja] Referenzi

  1. ^ 2008/09 fixtures announced (Ingliż), Premier League, 16-06-2008 (Aċċessata nhar il-17-08-2008).
  2. ^ Premier League ratifies more subs (Ingliż), BBC Sport, 07-02-2008 (Aċċessata nhar il-17-08-2008).
  3. ^ How the fixture list is compiled (Ingliż). www.football-league.co.uk. The Football League (16-06-2008). Aċċessata nhar il-17-12-2008.
  4. ^ Fletcher, Paul. Arsenal 1-0 West Brom (Ingliż), BBC Sport, 16-08-2008 (Aċċessata nhar il-17-08-2008).
  5. ^ Bevan, Chris. Aston Villa 4-2 Man City (Ingliż), BBC Sport, 17-08-2008 (Aċċessata nhar il-17-08-2008).
  6. ^ Barclays Premier League Top Scorers (Ingliż). BBC Sport (16-08-2008). Aċċessata nhar il-18-08-2008.
  7. ^ Friedel honoured with Barclays Merit award (Ingliż), www.premierleague.com, Premier League, 05-12-2008 (Aċċessata nhar il-18-05-2009).
  8. ^ Edwin's award (Ingliż), ManUtd.com, Manchester United, 30-01-2009 (Aċċessata nhar il-19-02-2009).
  9. ^ James earns Barclays merit award (Ingliż), www.premierleague.com, Premier League, 20-02-2009 (Aċċessata nhar il-27-02-2009).

[editja] Ħoloq esterni

Wikinews-logo.svg
Fil-Wikibarijiet hemm aħbarijiet relatati: