Kabinett tal-Gvern Laburista Malti 2013

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Kabinett immexxi mill-Priministru Joseph Muscat hu magħmul minn 14-il Ministru u 8 Segretarji Parlamentari. Il-Kabinett inħatar fit-13 ta' Marzu 2013. Minn dawn it-22 deputat, 9 biss minnhom kienu xi darba f'kabinetti preċedenti Laburisti. 8 Ministri ġodda kienet ukoll l-ewwel darba għalihom li ġew eletti fil-Parlament Malti, kif kienet ukoll l-ewwel darba għall-Priministru li kien ġie ko-optjat fl-2008 wara li sar mexxej tal-Partit Laburista. Il-kabinett fih żewġ nisa. L-iżgħar Ministru huwa Konrad Mizzi u l-iżgħar Segretarju Parlamentari huwa Ian Borg.

F'dan il-Kabinett inħolqu żewġ Ministeri ġodda: dak għall-Affarijiet Ewropej, u l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet Ċivili. Inħolqu 7 segretarjati parlamentari ġodda: dak għall-Ippjanar, dak għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Presidenza Ewropea 2017, dak għall-Kultura u Gvern Lokali, dak għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, dak għall-Agrikoltura s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, dak għall-kompetittivita' u t-Tkabbir Ekonomiku, dak għall-Anzjanita' Attiva u d-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilita', u dak għall-Ġustizzja.

Dawn huma l-karigi fi ħdan il-kabinett:

Louis Grech: Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Ewropej

George Vella: Ministru tal-Affarijiet Barranin

Karmenu Vella: Ministru għat-Turiżmu

Evarist Bartolo: Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Leo Brincat: Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima

Joe Mizzi: Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura

Anton Refalo: Ministru għal Għawdex

Helena Dalli: Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet Ċivili

Chris Cardona: Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Marie Louise Coleiro Preca: Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali

Emanuel Mallia: Ministru għall-Intern u s-Sigurta' Nazzjonali

Edward Scicluna: Ministru għall-Finanzi

Konrad Mizzi: Ministru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma

Godfrey Farrugia: Ministru għas-Saħħa

Michael Farrugia: Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru

Ian Borg: Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Presidenza Ewropea 2017

Jose Herrera: Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu

Stefan Buontempo: Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport

Roderick Galdes: Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali

Edward Zammit Lewis: Segretarju Parlamentari għall-kompetittivita' u t-Tkabbir Ekonomiku

Franco Mercieca: Segretarju Parlamentari għall-Anzjanita' Attiva u d-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilita'

Owen Bonnici: Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ġustizzja

Reshuffle wara sena[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar it-2 t'April 2014, il-Priministru għamel reshuffle. Owen Bonnici, Edward Zammit Lewis u Michael Farrugia saru Ministri.

Owen Bonnici: Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

Edward Zammit Lewis: Ministru għat-Turiżmu (Karmenu Vella rriżenja mill-Kabinett biex isir Kummissarju Ewropew f'isem Malta)

Michael Farrugia: Ministru għall-Familja u Affarijiet Soċjali. (Marie Louise Coleiro Preca saret President tar-Repubblika).

Konrad Mizzi: Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa

Josè Herrera: Segretarju Parlamentari għall-Kompettitività u Tkabbir Ekonomiku.

Michael Falzon: Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni tad-Data.

Chris Fearne: Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa. (Godfrey Farrugia rriżenja mill-kabinett).

Justyne Caruana: Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. (Franco Mercieca wera x-xewqa li ma jibqax f'din il-kariga).

Chris Agius: Segretarju Parlamentari għall-Isport u Żgħażagħ.

Stefan Buontempo: Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali.