Julien Faubert

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Julien Faubert
Informazzjoni personali
Isem sħiħJulien Alex Thomas Faubert
Twelid1 ta' Awwissu 1983 (1983-08-01) (40 sena)
Le Havre, Franza
Tul1.80 m
RwolMidfilder lemini, difensur lemini
Mixtliet
1998–2002Cannes
Karriera professjonali
SninKlabb
2002–2004Cannes
2004–2007Bordeaux
2007–2012West Ham United
2009Real Madrid (self)
2012Elazığspor
2013–2015Bordeaux
2016Kilmarnock
2017Inter Turku
2018Borneo
2019–2020Fréjus Saint-Raphaël
Tim nazzjonali
2006Franza
2014–2017Martinika

Julien Alex Thomas Faubert (twieled fl-1 ta' Awwissu 1983) hu eks-plejer tal-futbol Franċiż.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Faubert beda l-karriera mat-tim ta' Cannes, qabel ma fl-2004 itrasferixxa mat-tim ta' Bordeaux.

Fl-1 ta' Lulju 2007, minkejja xniegħat li Faubert kien qrib li jitrasferixxi mat-tim ta' Rangers, hu minflok ingħaqad mat-tim Ingliż ta' West Ham United għal somma ta' madwar £6.1 miljun.[1] Però, il-karriera mal-West Ham ma tantx bdiet fuq nota pożittiva hekk kif weġġa' fil-logħba ta' ħbiberija ta' qabel l-istaġun kontra Sigma Olomouc, u kien mistenni li jdum sitt xhur barra mil-logħob. Id-debutt mal-ewwel tim wasal fit-12 ta' Jannar 2008, meta daħal bħala sostitut fil-partita kontra Fulham f'Upton Park. L-ewwel staġun qalb il-futbol Ingliż xejn ma kien feliċi meta irnexxielu jagħmel biss tmien apparenzi minħabba li kontinwament kien iweġġa.

Faubert ingħata l-permess li jinnegozja mat-tim ta' Real Madrid, bi ħsieb li jiġi msellef għall-kumplament tal-istaġun għal somma ta' 1.5 miljun b'għażla li Real jixtruh b'mod permanenti għal €6 miljun.[2] It-trasferiment tiegħu sar fil-31 ta' Jannar 2009,[3] waqt li d-debutt tiegħu bil-flokk Madrilen wasal fis-7 ta' Frar, kontra Racing Santander.[4]

Karriera internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

L-unika apparenza ta' Faubert mat-tim nazzjonali Franċiż waslet fis-16 ta' Awwissu 2006, kontra il-Bożnija u Ħerżegovina. Id-debutt immarkah b'gowl fl-aħħar minuta biex assigura rebħa għal Franza bl-iskor ta' 2–1.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "West Ham sign Faubert for £6.1m" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-07-01.
  2. ^ "El Madrid ficha al francés del West Ham Faubert". AS (bl-Ispanjol). Prisacom S.A. 2009-01-30. Miġbur 2009-01-31.
  3. ^ "Official Announcement - Julien Faubert" (bl-Ingliż). Real Madrid C.F. 2009-01-31. Miġbur 2009-01-31.
  4. ^ "Real Madrid 1-0 Racing Santander" (bl-Ingliż). Real Madrid C.F. 2009-02-07.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]