Joseph Howard

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Howard waqt li kien Prim Ministru ta' Malta.

Joseph Howard (Valletta, 186220 ta' Mejju 1925) kien l-ewwel Prim Ministru ta' Malta.

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo u wara siefer biex ikompli jistudja bħala uffiċjal fl-Akkademja Militari Franċiża. Industrjalista u f'Malta żviluppa l-industrja tat-tabakk. Kien maħtur f'diversi kumitati u kummissjonijiet tal-Gvern imwaqqfin għall-iżvilupp tal-Kummerċ u l-Industrja. Għal diversi snin kien President tas-Soċjetà tal-Arti, Manifattura u Kummerċ. Kien ukoll għal xi żmien Konslu ta' Malta għall-Ġappun. Fl-1912 kien elett bħala membru tal-Kunsill tal-Gvern wara li kien nominat mill-Comitato Patriottico. Fl-1921 issieħeb mal-Unione Politica Maltese u fl-istess sena kien elett Senatur fl-ewwel Parlament Malti. Peress li Mons. Injazju Panzavecchia, li kien il-mexxej tal-UPM, ma kienx aċċetta li jkun il-Prim Ministru, il-Gvernatur Plumer offra l-kariga ta' Prim Ministru lil Joseph Howard. Fil-fatt dan mexxa l-ewwel Gvern Malti bejn is-26 ta' Ottubru, 1921, u t-13 ta' Ottubru, 1923.

Howard baqa' magħruf għas-sens ta' tolleranza u esperjenza amministrattiva li kellu. Kien għal xi żmien ukoll President tal-Banda Filarmonika La Valette u fil-Kumitat tal-Konservatorju Vincenzo Bugeja. Kien onorat uffiċjalment bit-titlu ta' O.B.E., mir-Re tal-Ingilterra. Huwa miet fl-20 ta' Mejju, 1925.

Mart Joseph Howard kienet kuġina ma' omm San Ġorġ Preca.

Ħoloq esterni[editja]

  • Profil fuq is-sit uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Predeċessur
 
Prim Ministru ta' Malta
1921–1923

Suċċessur
Francesco Buhagiar