Joseph Howard

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Joseph Howard
1. Prim Ministru ta' Malta

26 Ottubru 1921 - 13 Ottubru 1923 - Francesco Buhagiar
Ħajja
Twelid Valletta, 4 Diċembru 1862
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Mewt Malta, 20 Mejju 1925
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
Premjijiet

Joseph Howard (twieled fl-4 ta' Diċembru 1862 – miet fl-20 ta' Mejju 1925) kien l-ewwel Prim Ministru ta' Malta.

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo u wara siefer biex ikompli jistudja bħala uffiċjal fl-Akkademja Militari Franċiża. Industrjalista u f'Malta żviluppa l-industrja tat-tabakk. Kien maħtur f'diversi kumitati u kummissjonijiet tal-Gvern imwaqqfin għall-iżvilupp tal-Kummerċ u l-Industrja. Għal diversi snin kien President tas-Soċjetà tal-Arti, Manifattura u Kummerċ. Kien ukoll għal xi żmien Konslu ta' Malta għall-Ġappun. Fl-1912 kien elett bħala membru tal-Kunsill tal-Gvern wara li kien nominat mill-Comitato Patriottico. Fl-1921 issieħeb mal-Unione Politica Maltese u fl-istess sena kien elett Senatur fl-ewwel Parlament Malti. Peress li Mons. Injazju Panzavecchia, li kien il-mexxej tal-UPM, ma kienx aċċetta li jkun il-Prim Ministru, il-Gvernatur Plumer offra l-kariga ta' Prim Ministru lil Joseph Howard. Fil-fatt dan mexxa l-ewwel Gvern Malti bejn is-26 ta' Ottubru, 1921, u t-13 ta' Ottubru, 1923.

Howard baqa' magħruf għas-sens ta' tolleranza u esperjenza amministrattiva li kellu. Kien għal xi żmien ukoll President tal-Banda Filarmonika La Valette u fil-Kumitat tal-Konservatorju Vincenzo Bugeja. Kien onorat uffiċjalment bit-titlu ta' O.B.E., mir-Re tal-Ingilterra. Huwa miet fl-20 ta' Mejju, 1925.

Mart Joseph Howard kienet kuġina ma' omm San Ġorġ Preca.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Predeċessur
 
Prim Ministru ta' Malta
1921–1923

Suċċessur
Francesco Buhagiar