Joseph Calleja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Joseph Calleja
Ħajja
Twelid Ħ'Attard, 22 Jannar 1978 (46 sena)
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant tal-opri
mużiċist
Tip ta' leħen tenur
Strument/i tal-mużika vuċi

Joseph Calleja (twieled fit-22 ta' Jannar 1978) huwa tenur Malti. Beda jkanta meta kellu 16-il meta skoprieh it-tenur Brian Cefai u mbagħad kompla jistudja taħt Pawlu Asciak. Ta' 19-il sena għamel id-debutt operistiku tiegħu bħala Macduff fl-opra Macbeth ta' Verdi fit-Teatru Astra ta' Għawdex u wara, fl-istess sena rebaħ premju fil-konkors internazzjonali tal-kant Hans Gabor Belvedere. Fl-1998, rebaħ il-konkors internazzjonali tal-kant liriku Enrico Caruso f'Milan u fl-1999 rebaħ il-premju CulturArte fil-konkors internazzjonali tal-opra Operalia mwaqqaf minn Plácido Domingo.[1] Joseph Calleja hu meqjus bħala wieħed mit-tenuri żgħażagħ l-iżjed promettenti tas-seklu 21.[2]

Fit-2 ta' Novembru 2012, l-Università ta' Malta onorat lil Joseph Calleja bid-Dottorat fil-Letteratura Honoris Causa bħala rikonoxximent tal-kisbiet tiegħu bħala tenur ta' fama internazzjonali.[3]

Suċċessi internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-Ewropa, Calleja kanta f'ħafna teatri tal-opra fosthom ir-Royal Opera House f'Londra, fil-Wiener Staatsoper ta' Vjenna, fl-Oper Frankfurt, id-Deutsche Oper Berlin, l-Opéra national du Rhin f'Strasburgu, it-Teatre Principal f'Minorca, il-Gran Teatre del Liceu ta' Barċelona, il- Concertgebouw f'Amsterdam u ħafna oħrajn.

Fl-Istati Uniti, Calleja kanta fil-Metropolitan Opera ta' New York, il-Houston Grand Opera, il-Los Angeles Opera, is-Seattle Opera, il-Washington National Opera, u s-Civic Opera House ta' Chicago.

Calleja irrekordja żewġ CDs, ma' DeccaClassic, ta' arji mill-opri: Tenor Arias u The Golden Voice. F'Lulju tal-2011, it-tielet album solo ta' Calleja, Joseph Calleja – The Maltese Tenor laħaq it-tieni post fil-klassifika Ġermaniża[4] u mill-ewwel laħaq l-ewwel post fil-Billboard Classical Traditional chart tal-Istati Uniti.[5]

Joseph Calleja kien nominat Artista tas-Sena 2012 tar-rivista Gramophone. Fl-istess sena, Calleja inħatar bħala l-ewwel ambaxxatur kulturali ta' Malta.

Kunċerti[immodifika | immodifika s-sors]

Recordings u videos[immodifika | immodifika s-sors]

  • 2003: DVD ta' Maria Stuarda, b'Calleja fil-parti ta' Leicester, irrekordjata mill-Fondazione Orchestra Stabile de Bergamo
  • 2004: Diska solo, Tenor Arias, diretta minn Riccardo Chailly bl-Orchestra Sinfonica e Coro di Milano
  • 2004: "Puccini Discoveries": Cantata Cessato il suon dell'armi, diretta minn Riccardo Chailly mal-Orchestra Sinfonica e Coro di Milano
  • 2005: Diska solo, The Golden Voice, diretta minn Carlo Rizzi mal-Academy of St Martin in the Fields
  • 2009: CD ta' I Capuleti e i Montecchi b'Calleja fil-parti ta' Tebaldo, diretta minn Fabio Luisi
  • 2010: DVD ta' Simon Boccanegra b'Calleja fil-parti ta' Gabriele Adorno b'Plácido Domingo fil-parti prinċipali; irrekordjata fir-Royal Opera House', Covent Garden, Londra
  • 2011: DVD of La traviata b'Calleja fil-parti ta' Alfredo Germont, irrekordjata fir-Royal Opera House', Covent Garden, Londra (nominata għal Grammy)
  • 2011: Diska solo, The Maltese Tenor, mal-Orchestre de la Suisse Romande
  • 2012: Diska solo, "Be My Love - A Tribute to Mario Lanza", BBC Concert Orchestra

Calleja deher bħala mistieden fl-album ta' Renée Fleming, By Request, fejn kanta l-parti ta' Alfredo fl-aħħar xena tal-ewwel att ta' La traviata. Ir-recording ta' "La donna è mobile" mir-Rigoletto ta' Verdi jinstema' fis-soundtrack tal-film ta' 2007 No Reservations, li taħdem fih Catherine Zeta-Jones.

The Golden Voice u Tenor Arias qalgħu ħafna tifħir kritiku u popolari u t-tejn ġew nominati bħala l-għażla tal-Editur fir-rivista Gramophone.

Singli[immodifika | immodifika s-sors]

  • 2012: "Be My Love" (laħqet ir-raba' post f'Tracklisten, il-Klassifika Daniża tas-Singli)

Film[immodifika | immodifika s-sors]

Joseph Calleja jaħdem il-parti tat-tenur Enrico Caruso fil-film ta' James Gray The Immigrant, li jaħdmu fih ukoll Joaquin Phoenix u Marion Cotillard.

Repertorju[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]