Joe Sacco

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Imħabba Vera għadd 2 (1983)

Joe Sacco (twieled 1960) huwa artista tal-komiks (wkoll magħrufin bħala strixxikli) u ġurnalista Malti. Ħa fama internazzjonali fl-1996 meta ingħata l-American Book Award għall-istrixxiklu Palestine. Huwa wkoll famuż għall-istrixxiklu fuq il-Gwerra tal-Bosnja bl-isem ta' Safe Area Goražde.

Sacco twieled Malta f'Ħal-Kirkop fl-1960[1]. Missieru kien inġinier u ommu għalliema[2]. Ta'sena il-familja tiegħu emigrat lejn l-Awstralja [3] fejn għadda tfulitu sakemm fl-1972, fl-età ta' 12 il-sena, flimkien mal-familja tiegħu, mar l-Istati Uniti (Los Angeles)[1]. Għamel l-ewwel esperjenzi fil-ġurnaliżmu meta beda jaħdem fil-gazzetta ta' l-iskola Sunset High School f'Beaverton, Oregon. Waqt li il-Ġurnaliżmu kien l-interess ewlieni tiegħu, dan kien wkoll żmien fejn żviluppa xejra umoristika u satirika. Iggradwa minn-Sunset High School fl-1978. Beda studju tal-ġurnaliżmu fl-Università ta' Oregon u ggradwa hemm b'B.A. fl-1981. Wara impjieg qasir mal-ġurnal tal-Għaqda Nazzjonali tan-Nutara (Amerikani), xogħol li biħ b'ebda mod ma stagħdar [2], tilef kull-xewqa li jisr ġurnalista. Fl-1983 iddeċida li jmur Malta. F'intervista fuq il-BBC jgħid: "...I sort of decided to forget it and just go the other route, which was basically take my hobby, which has been cartooning, and see if I could make a living out of that,"[4]. F'Malta beda jaħdem bħala artista ta' komiks romantiċi f'sensiela ta' strixxikli jisimhom Imħabba Vera. Kien proprija b'dan ix-xogħol li Joe Sacco beda l-karriera tiegħu ta’ artista tal-komiks. Waqaf jaħdem fuq dan il-proġett fl’għadd 6 tal-pubblikazzjoni meta irritorna lura lejn l-Amerka. Is-sensiela kienet suċċess. Aktar minn hekk kienet pass importanti fl-iżvilupp tal-komiks f'Malta [5].


Fl-1985, lura fl-Amerka, waqt li kien qiegħed Portland, Oregon, ħadem bħala ko-editur ta' komik li joħroġ kull xahar, il-Portland Permanent Press. Kien f'dan iż-żmien li ġie mqabbad mill-Fantagraphics Books sabiex joħrog l-antoloġija tal-komiks Centrifugal Bumble-Puppy, għalkemm din m'għamlitx xi suċċess kbir.

Il-qoxra ta' Palestine (2001)

Sacco ppubblika l-ewwel serje, Yahoo, waħdu bejn l-1988 u l-1992. Din kienet waħda mit-titli awtobijografiċi li dehru fi stamperiji tal-komiks żgħar ta' dan iż-żmien. Iżda l-istint ġurnalistiku u l-interess vast ta' Sacco kienu atipiċi; Yahoo kien jixbaħ bejn wieħed u ieħor il-forma libera ta' David Collier u Harvey Pekar iżda b'ton iktar satiriku u b'inqas attenzjoni lokali. Fost affarijiet oħra, huwa akkumpanja rock band u f'tour Ewropew, ossessjona ruħu bil-media coverage dwar il-Gwerra tal-Golf u kiteb dwar il-ħajja ta' kuljum ta' stripper.

Dik il-parti ta' Yahoo dwar il-Gwerra tal-Golf tefgħat lil Sacco fi studju dwar il-politika tal-Lvant Nofsani. Mar l-Israel u fit-Territorju Palestinjan biex jagħmel riċerka għall-ewwel xogħol kbir tiegħu. Palestine hija kollezzjoni ta' biċċiet kemm qosra u twal, uħud minnhom juru l-vjaġġi u l-esperjenzi ma' Palestinjani (u xi Lhud), u xi wħud jiddramatizzaw l-istejjer li kien sema'. Palestine ħareġ taħt forma ta' serje ta' comic book mill-1993 sa l-2001 u wara ġie ppublikat f'diversi ħarġiet. Fl-1996, l-ewwel pubblikazzjoni rebħet l-American Book Award.

Aktar tard, fi tmiem il-Gwerra tal-Bożnija, Sacco mar Sarajevo u Goražde u pproduċa serje ta' rapporti fuq l-istil ta' Palestine, ir-rumanz impinġi Safe Area Goražde u The Fixer, u l-kollezzjoni ta' l-stejjer War's End. Safe Area Goražde rebħet l-Eisner Award għal Best Original Graphic Novel fl-2001.

Huwa kkontribwixxa xogħlijiet qosra oħra taħt forma ta' rappurtaġġ grafiku għal diversi magażins fuq suġġetti li jvarjaw mill-ħruxija tal-gwerra sal-mużika blues. Sacco, li bħalissa jgħix fi New York City, ħadem kemm-il darba għall-American Splendor ta' Harvey Pekar.

Aktar riċentement sacco Kiteb u penġa żewġ strixxikli fuq l-inġustizzji fl-Iraq ippublikati f'The Guardian [1] [2], kif wkoll strixxiklu ta' 16 il-paġna f' Harper's Magazine.[3]


Links esterni[editja]

Għażla bibljografika[editja]

Referenzi[editja]

  1. ^ a b Drawn and Quarterly (2004). Joe Sacco: Biography. Kontenut meħud 22. Mejju 2008.
  2. ^ a b Duncan Campbell (October 23, 2003). 'I do comics, not graphic novels'. The Guardian. Kontenut meħud 22. Mejju 2008.
  3. ^ Read Yourself RAW. Profile: Joe Sacco. Kontenut meħud 22. Mejju 2008.
  4. ^ Ben Arnold (August 27, 2004). Tele-intervista ma Joe Sacco (fajl Awdjo .ram, sors: Interview with Joe Sacco. BBC. URL meħud 26, 2006.
  5. ^ "Imħabba Vera kien strixxiklu li ħareġ għall-arja dak li qabel qatt ma kien għadu deher fil-pubblikazzjonijiet Maltin. Sa l-1984 l-influs barrani kien ikkontrollat u ċ-ċensura kienet għadha meqjusa importanti." Malta Comics. URL meħuda 26 April 2008