Joe Hart

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Joe Hart
Informazzjoni personali
Isem sħiħCharles Joseph John Hart
Twelid19 ta' April 1987 (1987-04-19) (36 sena)
ShrewsburyIngilterra
Tul1.96 m
RwolGowlkiper
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliCeltic
Numru15
Mixtliet
0000–2003Shrewsbury Town
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2006Shrewsbury Town
2006–2018Manchester City
2007Tranmere Rovers (self)
2007Blackpool (self)
2009–2010Birmingham City (self)
2016–2017Torino (self)
2017–2018West Ham United (self)
2018–2020Burnley
2020–2021Tottenham Hotspur
2021–Celtic
Tim nazzjonali
2007–2009Ingilterra U21
2008–2017Ingilterra

Charles Joseph John "Joe" Hart (Shrewsbury, 19 ta' April 1987) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab bħala gowlkiper mal-klabb ta' Celtic.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Shrewbsury Town[immodifika | immodifika s-sors]

Ta' ħmistax-il sena diġà kien jivvjaġġa mat-tim tal-kbar ta' Shrewsbury Town. Hu ddebbuta mal-ewwel tim meta lagħab kontra Ebbsfleet United fl-ewwel staġun tal-klabb wara r-relegazzjoni għall-Football Conference. Mill-istaġun 2005–06, Hart intgħażel bħala l-ewwel għażla bejn il-lasti u lagħab total ta' 46 logħba fejn sofra 55 gowl. Kien f'dan iż-żmien li ġie msejjaħ sabiex jilgħab mat-tim nazzjonali Ingliż ta' taħt id-19-il sena.

Il-prestazzjonijiet eklatanti tiegħu wasslu biex diversi klabbs tal-Premier League juri interess fil-plejer, fejn ġie vvutat bħala l-aqwa gowler tal-League Two għall-istaġun 2005–06.

Manchester City[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-24 ta' Mejju 2006, ġie mħabbar li Manchester City għamlu l-akkwist ta' Joe Hart.[1] It-termini tan-negozjati kien jinkludi li City iħallsu somma inizzjali ta' £600,000, li setgħet titla' għal £1,500,000. L-ewwel logħba tiegħu waslet fl-14 ta' Ottubru 2006 wara li problemi fiżiċi għal Andreas Isaksson u Nicky Weaver wasslu għad-debutt tiegħu kontra Sheffield United. Il-partita ntemmet fi dro ta' mingħajr gowls.

F'Jannar tal-2007 ġie msellef lit-tim mil-League One, Tranmere Rovers, fejn magħhom lagħab sitt logħbiet. F'April tal-istess sena reġa' ġie msellef fl-istess diviżjoni lil Blackpool. Mas-Seasiders hu ġabar ħames preżenzi fil-kampanja li rat lill-klabb jiġi promoss għaċ-Championship.

Meta rritorna lura lejn Manchester City, il-kowċ il-ġdid Sven-Göran Eriksson għażel lil Hart bħala l-ewwel gowler tal-klabb, u Isakkson sab ruħu fuq il-bankina. Hu lagħab 26 logħba dak l-istaġun, u l-istaġun ta' wara 23 logħba. Bl-akkwist tal-Irlandiż Shay Given f'Jannar tal-2009 postu ġie fi skrutinju hekk kif Given ħadlu postu.

Riżultat ta' dan, Hart ġie misluf lit-tim promoss ta' Birmingham City.[2] Id-debutt tiegħu wasal fit-telfa barra minn darhom bl-iskor ta' 1–0 kontra Manchester United. Wara bidu diffiċli, il-forma tiegħu tjiebet fejn fl-aħħar tal-istaġun barra l-garanzija ta' post il-klabb fl-ogħla diviżjoni hu ġie vvutat bħala l-Plejer tas-Sena ta' Birmingham City u ġie nnominat għall-Plejer Żagħżugħ tas-Sena. Minkejja li tilef dan l-unur lil James Milner, hu xorta waħda sab postu fit-Tim tas-Sena tal-PFA.[3]

L-istaġun suċċessiv bir-ritorn tiegħu ma' City hu reġa' kiseb l-ewwel post bħala gowler u rrelega lil Given għal fuq il-bankina. Hu baqa' jimpressjona fejn ġie mfaħħar ħafna minn diversi kritiċi u ġurnalisti sportivi. Dak l-istaġun hu għen lis-City jirbħu l-FA Cup, barra li rnexxielhom jirbħu post fil-UEFA Champions League. Grazzi għall-prestazzjonijiet tiegħu hu ngħata l-unur bħala Gowler tas-Sena tal-Premier League għall-iktar numru ta' xbieki mhux mittiefsa (18). Bit-tluq ta' Shay Given ma' Aston Villa f'Lulju 2011, Hart issiġilla postu bħala l-ewwel gowler tal-klabb. Għat-tieni sena konsekuttiva hu rebaħ l-unuru tal-Gowler tas-Sena hekk kif għen lil Manchester City jirbħu l-ewwel titlu tal-kampjonat għal 44 sena.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Wara li kien figura regulari mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena, hu ġie magħżul għaż-żewġ logħbiet ta' ħbiberija tat-tim tal-kbar kontra l-Istati Uniti u t-Trinidad u Tobago. Minkejja li ma lagħabx kontra l-Istat Uniti, hu daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima kontra Trinidad u Tobago fl-1 ta' Ġunju 2008, bl-Ingilterra toħroġ rebbieħa 3–0.

Minkejja li ġie magħżul mal-iskwadra Ingliża għat-Tazza tad-Dinja 2010, hu ma lagħab l-ebda logħba. Wara l-eliminazzjoni bikrija, il-kowċ Fabio Capello innominah bħala l-ewwel gowler tat-tim fejn minn hemmhekk ifforma pedina importanti tat-tim nazzjonali. Hu ġie magħżul għall-Kampjonati Ewropej 2012, fejn minkejja li l-Ingilterra ġew eliminati fil-kwarti tal-finali hu kien l-aktar gowler li għamel salvataġġi (19).[4]

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Manchester City

Individwali[immodifika | immodifika s-sors]

  • Gowlkiper tas-Sena: 2010–11, 2011–12
  • Tim tas-Sena tal-Premier League: 2009–10, 2011–12
  • Tim tas-Sena tal-League Two: 2005–06
  • Plejer tas-Sena ta' Birmingham City: 2009–10

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Man City complete Hart signature" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-05-24.
  2. ^ "Birmingham sign Hart and Espinoza" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-06-24.
  3. ^ "Hart Named In PFA Team Of The Year" (bl-Ingliż). football.co.uk. 2010-04-26.
  4. ^ Fifield, Dominic (2012-06-21). "Euro 2012: Joe Hart justifies hype to lead England's renaissance" (bl-Ingliż). Guardian. Miġbur 2012-06-27.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]