Jelle Vossen
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 22 ta' Marzu 1989 Bilzen |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.80 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Genk | ||
| Numru | 9 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 1994–1997 | Eigenbilzen | ||
| 1997–2005 | Tongeren | ||
| 2005–2007 | Genk | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2007– | Genk | 148 | (78) |
| 2009–2010 | → Cercle Brugge (self) | 17 | (6) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2009– | Belġju | 11 | (2) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 11:34, 26 April 2013 (UTC) |
|||
Jelle Vossen (Bilzen, 22 ta' Marzu 1989) huwa futboler Belġjan li jilgħab mat-tim ta' Genk bħala attakkant.
Werrej |
Karriera[editja]
Beda l-karriera tiegħu fost it-timijiet ġovanili ta' Genk. Iddebutta mal-ewwel tim fit-3 ta' Novembru 2006, u skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-24 ta' Frar 2007 kontra Roeselare. Bejn l-2007 u l-2009 ikkollezzjona 37 logħba u 7 gowls.
Għall-istaġun 2009–10 ġie misluf lil Cercle Brugge fejn wara li skorja 4 gowls f'9 partiti kien imweġġa' għal tliet xhur. Lura għal-logħob, hu sab ix-xibka darbtejn oħra fi 11-il logħba. B'kollox lagħab 26 logħba u skorja 8 gowls (tnejn minnhom ġew f'sitt preżenżi fit-Tazza Belġjana). Wara dan l-istaġun sar figura regolari fit-tim ta' Genk, fejn irnexxielu jiskorja 20 gowl f'37 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha fl-istaġun 2010–11.
F'Awwissu tal-2010 estenda l-kuntratt tiegħu b'ħames snin.
Internazzjonali[editja]
Vossen ġie imsejjaħ għall-ewwel darba fl-iskwadra Belġjana għall-partiti kontra ċ-Ċili u l-Ġappun mit-Tazza Kirin, fejn iddebutta kontra tal-ewwel. Fit-12 ta' Ottubru 2010, skorja l-ewwel gowl tiegħu fid-dro ta' 4–4 kontra l-Awstrija, partita valida għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012.
| Gowl | Data | Post | Avversarju | Punteġġ | Riżultat | Kompetizzjoni |
|---|---|---|---|---|---|---|
| 1. | 12 ta' Ottubru 2010 | Stadju King Baudouin, Brussell, Belġju | 1–0 | 4–4 | Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012 | |
| 2. | 29 ta' Marzu 2011 | Stadju King Baudouin, Brussell, Belġju | 4–1 | 4–1 | Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012 |
Unuri[editja]
Klabb[editja]
- Pro League: 2010–11
- Tazza Belġjana: 2008-09
- Supercup Belġjana: 2011
Ħoloq esterni[editja]
- (EN) Jelle Vossen fuq National-Football-Teams.com
|
|||||