Jean Parisot de la Valette
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Bħalissa, Zammit1 qed jimmodifika din il-paġna. Dan il-messaġġ hu intiż biex inaqqas il-kunflitti ta' edizzjoni, u mhux biex tittieħed xi paġna taħt pussess. Għalkemm hemm min qed jaħdem fuq dan l-artiklu, int xorta waħda tista' tgħin billi timmodifika, imma jekk jogħġbok, timmarkax l-artiklu bħala stub. Jekk jogħġbok neħħi dan l-mudell jekk l-aħħar modifika saret bosta ġranet ilu (l-aħħar modifika: 04:49, 29 Ġunju 2009).
|
Jean Parisot de la Valette (1494 - 21 ta' Awwissu,1568), kien kavallier tal-Ordni Militari Sovran ta' Malta, li wara sar granmastru fl-21 ta' Awwissu, 1557. Huwa kien bniedem b'saħħtu, bniedem ta' valur u entużjażmu.
[editja] Ħajja
La Valette ħaddan l-Ordni ta' San Ġwann meta kellu tmintax-il sena. Kien imnissel minn familja għanja u qadima Franċiża. Għadd ta' membri tal-familja tiegħu ssieħbu mal-Ordni hu qatt ma żar artu jew l-artijiet tal-familja tiegħu. La Valette kien kapaċi jitkellem tajjeb għadd ta' ilsna - Taljan, Spanjol, Grieg, Għarbi u Tork. L-aħħar żewġ ilsna tgħallimhom meta nqabad lsir u qatta' sena jaqdef f'xini Torka. Dan ġara fl-1541.

