It-Tieni Diviżjoni Għawdxija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-Tieni Diviżjoni Għawdxija
Staġun jew kompetizzjoni attwali:
It-Tieni Diviżjoni Għawdxija 2012–13
Sport Futbol
Fundazzjoni 1948
Nru. ta' timijiet 6
Reġjun Għawdex Għawdex
Ċampjin attwali Xagħra United (2011–12)
Sit elettroniku It-Tieni Diviżjoni
Promozzjoni għal L-Ewwel Diviżjoni Għawdxija

It-Tieni Diviżjoni Għawdxija, jew aħjar BOV Second Division għal raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni, huwa t-2 livell u l-aktar kampjonat baxx fil-futbol Għawdxi. Il-kampjonat kien stabbilit fl-1948.

It-Tieni Diviżjoni hija l-istess mod bħall-Ewwel Diviżjoni. Hija bbażata fuq tliet rawnds, kull tim jilgħab tliet darbiet kontra l-istess tim, b'hekk it-timijiet tat-Tieni Diviżjoni jilgħabu 18-il logħba b'kollox. L-istaġun huwa normalment miżmum bejn Settembru u April. Fl-aħħar tal-istaġun, iċ-ċampjin huwa promoss għall-Ewwel Diviżjoni u t-tim tal-qiegħ tal-Ewwel Diviżjoni huwa relegati għat-Tieni Diviżjoni.

Il-maġġoranza tal-logħbiet tat​​-Tieni Diviżjoni jintlagħbu fil-Grawnd t'Għawdex jew f'tas-Sannat.

Timijiet Parteċipanti 2012-2013[immodifika | immodifika s-sors]

Lista ta' ċampjins[immodifika | immodifika s-sors]

Hawnhekk hawn lista kompleta ta' ċampjins tal-passat tat-Tieni Diviżjoni..

Klabb Drabi
Xewkija Tigers 7
Xagħra United/Xagħra Young Stars 6
SK Victoria Wanderers/Victoria United 6
Sannat Lions 5
Kerċem Ajax 4
Ghajnsielem 4
Żebbuġ Rovers 3
Nadur Youngsters/Nadur Olympians 3
Qala St. Joseph 3
Oratory Youths/Salesian Youths 2
St. Lawrence Spurs 2
Victoria Hotspurs 2
Victoria Stars 2
St. Georges 1
Calypsians Bosco Youths 1
Munxar Falcons 1

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]