L-Isla

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Isla)
L-Isla / Senglea
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaPort Region (Port) (en) Translate
Ġeografija
Koordinati 35°53′16″N 14°31′01″E / 35.8878°N 14.5169°E / 35.8878; 14.5169Koordinati: 35°53′16″N 14°31′01″E / 35.8878°N 14.5169°E / 35.8878; 14.5169
L-Isla is located in Malta
L-Isla
L-Isla
L-Isla (Malta)
Superfiċjenti 0.2 kilometru kwadru
Għoli 18 m
Demografija
Popolazzjoni 2,784 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Cassino (en) Translate
islalocalcouncil.com

L-Isla hi waħda mit-Tlett Ibliet li jinsabu madwar il-Port il-Kbir u li jinsabu fuq in-naħa ta' ġewwa tas-swar tal-Kottonera. L-Isla tinsab fuq ilsien art li jinsab spalla ma' spalla mal-Birgu, u jħares lejn il-Belt Valletta. Din il-belt hi wkoll magħrufa bħala Senglea. Fl-antik dan l-ilsien art kien magħruf bħala l-Għolja ta' San Ġiljan minħabba l-kappella żgħira li kien hemm iddedikata lil dan il-qaddis.

L-Isla għandha t-titlu ta' Città Invicta, minħabba l-episodju fl-Assedju l-Kbir tal-1565, meta id-difensuri ta' din il-peniżola rnexxielhom jirreżistu u jirribattu l-attakki tat-Torok minn fuq is-swar tagħha. L-isem ta' din il-belt hu x'aktarx ġej mit-Taljan, penisola, li fuq il-mapep antiki seta' tqassar għal 'isola' u wara sar Isla. Intant jista' jkun ukoll li l-isem ġej mix-xebħ tal-art ma' 'lsien' ħiereġ 'il barra.

Fi żmien meta l-Ordni ta' San Ġwann kien il-Birgu, din l-art kienet tintuża għall-kaċċa. Fl-1555 il-Gran Mastru Claude De La Sengle ta l-bidu tal-urbanizzazzjoni fuq din l-art u tħejja anki pjan forma ta' skakkiera, l-istess bħal ma wara sar biex inbniet il-Belt Valletta. Hu għalhekk li l-Isla bdiet tissejjaħ Senglea.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, l-Isla sofriet bumbardamenti kbar li qerdu ħafna mill-belt u qatlu ħafna abitanti. Fis-16 ta' Jannar 1941, blitz mil-Luftwaffe fuq l-HMS Illustrious, li kien irmiġġat ma' Parlatorio Wharf, taħt Kordin, ikkawża distruzzjoni kbira ta' din il-belt. Il-knisja parrokkjali ntlaqtet ukoll. Ir-Re Ġorġ VI żar l-Isla meta kien Malta, fl-20 ta' Ġunju 1943.

Fl-24 ta' Awwissu 1957, ġiet ikkonsagrata l-Bażilika l-ġdida li nbniet flok dik li waqgħet fil-gwerra.

Postijiet ta' interess[immodifika | immodifika s-sors]

  • Il-Bażilika u knisja parrokkjali ddedikata lit-Twelid tal-Madonna.
  • Ix-xatt tal-Isla.
  • Il-Ġnien tal-Gardjola bil-veduta tal-Port il-Kbir.
  • Il-knisja tal-Portosalvu (San Filippu Neri).
  • L-akkwati tal-Maċina li jagħtu għall-Baċir Nru 1 f'Bormla (illum ambjent ta' rilassament).

Nies magħrufa li twieldu jew għexu fl-Isla[immodifika | immodifika s-sors]