Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE hu l-punt ta' aċċess għad-dejta pubblika ppubblikata mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea (UE). L-informazzjoni tista' tiġi wżata għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali.

Il-portal hu strument ewlieni tal-istrateġija tad-dejta miftuħa tal-UE. Biex jiġi żgurat aċċess faċli u bla ħlas għad-dejta, jistgħu jissaħħu l-użu innovattiv u l-potenzjal ekonomiku tagħha. L-għan tal-portal hu wkoll li jagħmel l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE aktar trasparenti u responsabbli.

Bażi legali u t-tnedija tal-portal[immodifika | immodifika s-sors]

Imniedi f'Diċembru tal-2012, il-portal kien formalment stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2011 (2011/833/UE) dwar l-użu mill-ġdid ta' dokumenti tal-Kummissjoni biex jiġu promossi l-aċċessibilità u l-użu mill-ġdid.

Abbażi ta' din id-deċiżjoni, l-istituzzjonijiet kollha tal-UE huma mistiedna sabiex jippubblikaw l-informazzjoni bħad-dejta miftuħa u sabiex jagħmluha aċċessibbli għall-pubbliku kull meta possibbli.

L-immaniġġjar operazzjonali tal-portal hu l-kompitu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. L-implimentazzjoni tal-politika tad-dejta miftuħa tal-UE hi, madankollu, ir-responsabbiltà tad-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjoni, il-Kontenut u t-Teknoloġija (DĠ CONNECT) tal-Kummissjoni Ewropea.

Karatteristiċi[immodifika | immodifika s-sors]

L-utenti jistgħu faċilment jissuġġerixxu dejta li għandha tkun fuq il-portal

Il-portal jagħmilha possibbli għall-utenti biex ifittxu, jesploraw, jillinkjaw, iniżżlu u jużaw mill-ġdid b'mod faċli d-dejta għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali, permezz ta' katalgu ta' metadejta komuni. Mill-portal, l-utenti jistgħu jaċċessaw id-dejta ppubblikata fuq is-siti web ta' diversi istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħrajn tal-UE.

Teknoloġiji semantiċi joffru funzjonalitajiet ġodda. Il-katalgu tal-metadejta jista' jsir tiftix fih permezz tal-magna tat-tfittxija u permezz tal-mistoqsijiet bil-lingwa programmatika SPARQL. L-utenti jistgħu jissuġġerixxu dejta li jaħsbu li hi nieqsa fil-portal u jagħtu rispons dwar il-kwalità tad-dejta li tista' tinkiseb.

Il-Portal tad-Data Miftuħa f'60 sekonda

L-interfaċċa hi disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE, iżda l-biċċa l-kbira tal-metadejta attwalment hi disponibbli b'numru limitat ta' lingwi (prinċiparjament l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż). Xi metadejta bħal ismijiet ta' fornituri tad-dejta u kopertura ġeografika hi bl-24 lingwa.

Termini ta' użu[immodifika | immodifika s-sors]

Il-parti l-kbira tad-dejta aċċessibbli permezz tal-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE hi koperta mill-avviż legali tas-sit web Europa. B'mod ġenerali, id-dejta tista' tintuża bla ħlas għall-finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, bil-kundizzjoni li jiġi rikonoxxut is-sors. Kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu mill-ġdid, relatati l-aktar mal-protezzjoni tal-privatezza tad-dejta u mal-proprjetà intellettwali, japplikaw għal ammont żgħir ta' dejta. Kull sett tad-dejta tipprovdi dawn il-kundizzjonijiet.

Dejta disponibbli[immodifika | immodifika s-sors]

Applikazzjonijiet maħluqin li jużaw dejta miftuħa tal-UE jistgħu jiġu maqsuma fil-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE, li jżidilhom il-viżibbiltà tagħhom.
Il-Map Viewer EFDAC hija mappa li tippermetti lill-utenti jivviżwalizzaw, jinnavigaw u jikkonsultaw il-mapep u s-settijiet tal-ġeodejta derivati disponibbli fl-EFDAC, prodott miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

Il-portal fih varjetà wiesgħa ta' dejta miftuħa ta' valur għoli fid-dominji kollha tal-politika tal-UE, inklużi l-ekonomija, l-impjiegi, ix-xjenza, l-ambjent u l-edukazzjoni. L-importanza ta' dawn kienet ikkonfermata mill-Karta dwar id-Data Miftuħa tal-G8.

S'issa, madwar 70 istituzzjoni, korp jew dipartiment tal-UE (eż. il-Eurostat, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenżiji oħrajn tal-UE) poġġew għad-dispożizzjoni settijiet ta' dejta li jammontaw għal aktar minn 11,700.

Il-portal fih ukoll gallerija ta' applikazzjonijiet u katalgu ta' viżwalizzazzjonijiet li ġew imnedijin f'Marzu tal-2018.

Fil-gallerija tal-applikazzjonijiet, l-utenti jistgħu jsibu applikazzjonijiet li jużaw dejta tal-UE u żviluppati mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u korpi oħrajn tal-UE jew minn partijiet terzi. L-applikazzjonijiet jintwerew kemm għal valur informattiv tagħhom kif ukoll biex jagħtu eżempji ta' x'applikazzjonijiet jistgħu jintużaw bl-użu tad-dejta.

Il-katalgu tal-viżwalizzazzjonijiet joffri kollezzjoni ta' għodod ta' viżwalizzazzjoni, ta' taħriġ u ta' viżwalizzazzjonijiet użabbli mill-ġdid għal-livelli kollha tal-għarfien espert tal-viżwalizzazzjoni tad-dejta, mill-prinċipjant sal-espert.

L-arkitettura tal-portal[immodifika | immodifika s-sors]

Il-portal hu mibni b'użu ta' soluzzjonijiet ta' sorsi miftuħin bħas-sistema tal-immaniġġjar tal-kontenut Drupal u CKAN, is-softwer tal-katalgu tad-dejta żviluppat mill-Open Knowledge Foundation. Hu juża Virtuoso bħala bażi tad-dejta RDF u għandu punt ta' tmiem SPARQL.

Il-katalgu tal-metadejta tiegħu japplika għall-istandards internazzjonali bħal Dublin Core, il-vokabularju tal-katalgu tad-dejta DCAT-AP u l-Asset Description Metadata Schema (ADMS).

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]