Igor' Stravinskij

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Igor Stravinsky LOC 32392u.jpg

Igor' Fëdorovič Stravinskij[1] bir-Russu: Игорь Фёдорович Стравинский, (17 ta' Ġunju 1882 – 6 ta' April 1971) kien kompożitur, mużiċista, pjanista u surmast tal-orkestra Russu. Huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar kompożituri importanti u influwenti tas-seklu għoxrin.

Il-karriera kompożizzjonali ta' Stravinskij kienet magħrufa għad-diversitá stilistika tagħha. Kiseb fama internazzjonali permezz ta' tlett balletti kummissjonati mill-impreżarju Sergej Djagilev, mtellgħa f'Pariġi mill-Ballets Russes. Dawn kienu L-Għasfur tan-Nar (1910), Petruška (1911) u Il-Konsagrazzjoni tar-Rebbiegħa (1913). L-aħħar waħda minn dawn ittrasformat kif il-kompożituri, li kienu jaħdmu fuq stil kanoniku, kienu jħarsu lejn l-istruttura ritmika. Kienet responsabbli wkoll għar-reputazzjoni twila li tat lil Stravinskij bħala rivoluzjonarju li wessa' l-fruntieri tad-disinn mużikali. Fl-1920 wara l-"Perijodu Russu" kellu perijodu fejn irritorna għall-mużika neoklassika. Ix-xogħlijiet ta' dan iż-żmien kellhom it-tendenza li jerġgħu jużaw forom tradizzjonali (concerto grosso, fuga u sinfonija). Ħafna drabi kienu omaġġ lill-mużika tal-kompożituri kbar ta qablu bħal Johann Sebastian Bach u Čajkovskij. Fil-ħamsinijiet, Stravinskij beda jirritorna ghall-prinċipji li kien uża fil-kompożizzjonijiet tal-bidu fosthom: l-enerġija ritmika, il-kostruzzjoni ta' idejat melodiċi mtawla minn ċelluli ta' żewġ jew tliet noti u l-importanza għall-kjarezza tal-forma, l-istrumentazzjoni u tal-enunċjazzjoni.

Ħajja u Karriera[editja]

It-tfulija fl-imperu Russu[editja]

Igor' Stravinskij, 1903

Stravinskij twieled fis-17 ta' Ġunju 1882 f'Oranienbaum (illum Lomonosov), subborg ta' San Pietruburgu, il-belt kapitali imperjali Russa[2] u trabba Pietruburgu. [3] Il-ġenituri tieghu kienu Fëdor Ignat'evič Stravinskij, kantant baxx fit-teatru Mariinskij f'San Pietruburgu, u Anna (imwielda Kholodovsky).[4] Missieru kien ġej minn razza nobbli pollakka magħrufa bħala l-familja Strawiński bl-istemma eraldika ta' Sulima.[5][6] Kien jiddeskrivi l-ħajja tal-iskola bħala waħda solitarja u iktar tard f'ħajtu stqarr li "qatt ma sibt lil xi hadd li kien miġbud lejja".[7] Stravinskij jmur għall-lezzjonijiet tal-pjanu minn mindu kien żgħir u fl-istess ħin kien jistudja t-teorija u jipprova jikkomponi. Fl-1890, ra rappreżentazzjoni tal-ballett ta' Čaikovskij: 'Is-Sbejħa Rieqda' fit-teatru Mariinski. Ta' ħmistax-il sena, rnexxielu jitgħallem il-kunċert għal pjanu u orkestra nru 1 fis-Sol minuri ta' Felix Mendelssohn u għamel riduzzjoni għall-pjanu ta' kwartett għall-arki ta' Glazunov, li jgħidu li kien iqis lil Stravinskij bla talent mużikali u ma kellux opinjoni tajba tal-ħila tiegħu.[8]

Minkejja l-entużjażmu tiegħu għall-mużika, il-ġenituri riduh jistudja l-liġi. Stravinsky inkiteb fl-Università ta'bSan Pietruburgu fl-1901, iżda matul dawn l-erba' snin ta’ studju, attenda inqas minn ħamsin lezzjoni. Fis-sajf tal-1902 Stravinsky għex għand il-kompożitur Nikolaj Rimskij-Korsakov u l-familja tiegħu fil-belt Ġermaniża ta' Heidelberg. Rimsky-Korsakov, forsi l-kompożitur Russu l-iktar mfittex ta' dak iż-żmien, suġġerixxa lil Stravinsky li ma jidħolx fil-konservatorju ta' San Pietruburgu, u minflok jibda jistudja l-kompożizzjoni billi jieħu l-lezzjonijiet privati miegħu. Missier Stravinsky miet dik is-sena stess b’kanċer, fiż-żmien meta ibnu kien diġà beda jiddedika aktar ħin fuq l-istudju mużikali milli fuq il-liġi. Fl-1905 l-università għalqet xagħrejn minħabba l-konsegwenzi tal-"Ħadd imdemmi". Stravinsky ma tħalliex jagħmel l-aħħar eżamijiet tal-liġi iżda aktar tard ingħata diploma ta' nofs kors f'April tal-1906 . B'hekk beda jikkonċentra iżjed fuq l-istudju tal-mużika u fl-1905, beda jattendi darbtejn fil-ġimgħa lezzjonijiet privati ta’ Rimskij-Korsakov, li sar iqisu bħala t-tieni missier. Dawn il-lezzjonijiet komplew sal-mewt ta’ Rimskij-Korsakov fl-1908.

Fl-1905 tgħarras lil kuġintu, Yekaterina Gavrilovna Nosenko (imsejħa "Katya"), li kien ilu jaf minn tfulitu. Minkejja l-oppożizzjoni tal-Knisja Ortodossa għaż-żwieġ bejn kuġini, il-koppja żżewġet fit-23 ta’ Jannar 1906: l-ewwel żewġ ulied, Fyodor (Theodore) u Ludmila, twieldu fl-1907 u 1908 rispettivament.

Fi Frar tal-1909, żewġ xogħlijiet orkestrali: lis-‘Scherzo Fantastique’ u il-‘Feu d'artifice’ (Logħob Tan-Nar), ittellgħu f’kunċert f’San Pietruburgu fejn kien hemm ukoll l-impreżarju Sergei Djagilev, li dak iż-żmien kien involut fl-ippjanar tar-rappreżentazzjoni tal-opera u l-ballett Russi f'Pariġi. Djagilev baqa' tant impressjonat li ddeċieda li jikkummissjona 'l Stravinsky sabiex iwettaq xi orkestrazzjonijiet u mbaghad biex jikkomponi ballett sħiħ "L-Għasfur tan-Nar".

Kompożizzjonijiet[editja]

Balletti[editja]

  • L-għasfur tan-nar (1910)
  • Petruška (1911)
  • Il-konsagrazzjoni tar-rebbiegħa (1913)
  • Renard (balletto)|Renard (1916)
  • Pulcinella (balletto)|Pulcinella (1920)
  • Les Noces (1923)
  • Apollon musagète (1928)
  • Le baiser de la fée (1928)
  • Jeu de cartes (1936)
  • Orpheus (1947)
  • Agon (1957)

Opra/Teatru[editja]

  • Le rossignol (1914)
  • Burleske għal 4 pantomimi u orkestra da camera (1916)
  • Histoire du soldat (1918)
  • Mavra (1922)
  • Oedipus rex (1927)
  • Perséphone (1933)
  • Babel (1944)
  • The Rake's Progress (1951)
  • The Flood (1962)

Musica da camera[editja]

  • Tliet biċċiet għall-klarinett (1919)
  • Ottetto (1923)
  • Settimino (1953)
  • Monumentum pro Gesualdo di Venosa ad CD Annum, 3 madrigali rikomposti għall-istrumenti (1960)
  • Tliet biċċiet għal kwartett
  • Concertino għal kwartett tal-arki
  • Concertino għal 12-il strument
  • Ragtime
  • Pastorali għal 5 strumenti
  • Histoire du Soldat suite għal klarinett, vjolin u pjanu
  • Epitaffju għal klarinett, flawt u arpa (1964) fl-i Stadttheater ta' Donaueschingen dirett minn Pierre Boulez
  • Żewġ konċertanti għal vjolin u pianu

Mużika korali[editja]

  • Le Roi des étoiles per coro maschile e orchestra (1912)
  • Pater Noster (1926)
  • Symphonie de psaumes (1930)
  • Quddiesa (1948)
  • Cantata għal sopran, tenur, vuċijiet femminili, 2 flawti, oboe, corno inglese, vjolinċell (1953-1954)
  • Canticum Sacrum (1955)
  • Threni (1958)
  • A Sermon, a Narrative and a Prayer (1961)
  • Abramo e Isacco (1963)
  • Introitus (1965)
  • Requiem Canticles (1966)

Kompożizzjonijiet għall-orkestra[editja]

  • Sinfonia fil-Mi bemoll maġġuri op. 1 (1907)
  • Scherzo fantastique op. 3 (1908)
  • Feu d'artifice op. 4 (1908)
  • Le Chant du rossignol (1917)
  • Ragtime (1918)
  • Sinfoniji għal istrumenti tan-nifs (1920)
  • Kunċert għall-vjolin fir-Re (1931)
  • Kunċert fil-Mi (Dumbarton Oaks) għal orkestra da camera (1938)
  • Sinfonija fid-Do (Stravinskij) (1940)
  • Four Norwegian Moods (1942)
  • Ode (1943)
  • Ebony Concerto (1945)
  • Varjazzjonijiet (1963-1964)

Kompożizzjonijiet għall-pjanu[editja]

  • Tarantella (1898)
  • Scherzo (1902)
  • Sonata fil-Fa djesis minuri (1904)
  • Piano Rag Music (1919)
  • Sonata (1924)
  • Capriccio għal pjanu u orkestra (1929)
  • Tango għal pjanu (1940)
  • Movimenti għal pjanu u orkestra (1958–1959)
  • Circus Polka (1942)

Kompożizzjonijet vokali da camera[editja]

  • Sħab tal-maltemp, romanza għal vuċi u pjanu (1902)
  • Il-fungi jmorru għall-gwerra, għal baxx u pjanu (1904)
  • Pastorale, għal vuċi u pjanu (1907)
  • Deux poèmes de Paul Verlaine, għal baritonu u pjanu (1910)
  • Żewġ poeżiji ta' Konstantin Bal'mont, għal sopran, tenur u pjanu (1911)
  • Three Songs from William Shakespeare, għal mezzosopran, flawt, klarinett u vjola (1953)
  • Four Songs, għal vuċi u ensembe strumentali (1954)
  • In Memoriam Dylan Thomas, għal tenur, kwartett ta' arki u erba' trumbuni (1954)
  • Elegy for J.F.K., għal baritonu jew mezzosopran u tliet klarinetti (1964)
  • The Owl and the Pussy Cat, għal vuċi u pjanu (1966)

Noti u referenzi[editja]

  1. ^ Billi hemm ħafna verżjonijiet tat-trasliterazzjoni mir-Russu ta' dan l-isem: Stravinski, Strawinsky jew Stravinskii, qegħdin nużaw it-trasliterazzjoni xjentifika (International Scholarly System). F'din il-paġna nużaw din it-trasliterazzjoni għall-ismijiet Russi kollha.
  2. ^ Greene 1985, p. 1101.
  3. ^ White 1979, p. 4.
  4. ^ Walsh 2001.
  5. ^ Pisalnik, Andrzej: Polski pomnik za cerkiewnym murem at Rzeczpospolita, 10 November 2012.
  6. ^ Walsh, Stephen, Stravinsky: A Creative Spring (excerpt), www.nytimes.com. Retrieved 10 August 2013.
  7. ^ Stravinsky 1962, p. 8.
  8. ^ Dubal 2001, p. 564.