Id-Dsatax-il Emenda għall-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Emenda XIX fl-Arkivji Nazzjonali

Id-Dsatax-il Emenda tal-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti tipprojbixxi kull stat u gvern federali milli jiċħad d-dritt tal-vot lil xi ċittadin minħabba s-sess tiegħu. Din ġiet ratifikata fit-18 ta' Awwissu, 1920.

Test[editja]

Id-dritt taċ-ċittadini tal-Istati Uniti li jivvutaw m'għandux jiġi miċħud jew imnaqqas mill-Istati Uniti jew minn kwalunkwe Stat ieħor minħabba s-sess.

Il-Kungress għandu jkollu s-saħħa li jinforsza dan l-artiklu permezz tal-leġislatura approprjata.

Storja[editja]

Nhar id-9 ta' Jannar, 1918, il-President Woodrow Wilson ħabbar li kien jappoġġa din l-emenda. L-għada, il-Kamra tar-Rappreżentanti għaddiet bi ftit din l-emenda, imma s-Senat irrifjuta li jiddibattiha sa Ottubru. Meta s-Senat ivvota fuq din l-emenda f'Ottubru, din falliet bi tliet voti.

B'riżultat t'hekk, il-Partit Nazzjonali tan-Nisa ħeġġeġ liċ-ċittadini sabiex fl-elezzjonijiet tal-1918 jivvutaw kontra Senaturi li kienu kontra s-suffraġju. Wara dawn l-elezzjonijiet, il-parti l-kbira tal-membri tal-Kungress kienu favur is-suffraġju. Fil-21 ta' Mejju, 1919, il-Kamra tar-Rappreżentanti għaddiet din l-emenda b'vot ta' 304 favur u 89 kontra u s-Senat fl-4 ta' Ġunju vvota 56 favur u 25 kontra.

Fit-18 ta' Awwissu, 1920, l-Assemblea Ġenerali ta' Tennessee saret is-sitta u tletin leġislatura tal-istat li rratifikat din l-emenda proposta, biex din saret id-Dsatax-il Emenda tal-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti.

Proposta u ratifika[editja]

Il-Kungress ippropona d-Dsatax-il Emenda fl-4 ta' Ġunju, 1919 u l-istati segwenti rratifikaw din l-emenda:[1]

  1. Illinois (10 ta' Ġunju, 1919, affermata mill-ġdid fis-17 ta' Ġunju, 1919)
  2. Michigan (10 ta' Ġunju, 1919)
  3. Wisconsin (10 ta' Ġunju, 1919)
  4. Kansas (16 ta' Ġunju, 1919)
  5. New York (16 ta' Ġunju, 1919)
  6. Ohio (16 ta' Ġunju, 1919)
  7. Pennsylvania (24 ta' Ġunju, 1919)
  8. Massachusetts (25 ta' Ġunju, 1919)
  9. Texas (28 ta' Ġunju, 1919)
  10. Iowa (2 ta' Lulju, 1919)
  11. Missouri (3 ta' Lulju, 1919)
  12. Arkansas (28 ta' Lulju, 1919)
  13. Montana (2 ta' Awwissu, 1919)
  14. Nebraska (2 ta' Awwissu, 1919)
  15. Minnesota (8 ta' Settembru, 1919)
  16. New Hampshire (10 ta' Settembru, 1919)
  17. Utah (2 ta' Ottubru, 1919)
  18. Kalifornja (1 ta' Novembru, 1919)
  19. Maine (5 ta' Novembru, 1919)
  20. North Dakota (1 ta' Diċembru, 1919)
  21. South Dakota (4 ta' Diċembru, 1919)
  22. Colorado (15 ta' Diċembru, 1919)
  23. Kentucky (6 ta' Jannar, 1920)
  24. Rhode Island (6 ta' Jannar, 1920)
  25. Oregon (13 ta' Jannar, 1920)
  26. Indiana (16 ta' Jannar, 1920)
  27. Wyoming (27 ta' Jannar, 1920)
  28. Nevada (7 ta' Frar, 1920)
  29. New Jersey (9 ta' Frar, 1920)
  30. Idaho (11 ta' Frar, 1920)
  31. Arizona (12 ta' Frar, 1920)
  32. New Mexico (21 ta' Frar, 1920)
  33. Oklahoma (28 ta' Frar, 1920)
  34. West Virginia (10 ta' Marzu, 1920, konfermata fil-21 ta' Settembru, 1920)
  35. Washington (22 ta' Marzu, 1920)
  36. Tennessee (18 ta' Awwissu, 1920)

Ir-ratifika kompliet fit-18 ta' Awwissu, 1920. L-emenda ġiet sussegwentament ratifikata minn dawn l-istati segwenti:

  1. Connecticut (14 ta' Settembru, 1920, affermata mill-ġdid fil-21 ta' Settembru, 1920)
  2. Vermont (8 ta' Frar, 1921)
  3. Delaware (6 ta' Marzu, 1923, wara li ġiet rifjutata fit-2 ta' Ġunju, 1920)
  4. Maryland (29 ta' Marzu, 1941, wara li ġiet rifjutata fl-24 ta' Frar, 1920; ma ġietx ċertifikata sal-25 ta' Frar, 1958)
  5. Virginia (21 ta' Frar, 1952, wara li ġiet rifjutata fit-12 ta' Frar, 1920)
  6. Alabama (8 ta' Settembru, 1953, wara li ġiet rifjutata fit-22 ta' Settembru, 1919)
  7. Florida (13 ta' Mejju, 1969)
  8. South Carolina (1 ta' Lulju, 1969, wara li ġiet rifjutata fit-28 ta' Jannar, 1920; ma ġietx ċertifikata qabel it-22 ta' Awwissu, 1973)
  9. Georgia (20 ta' Frar, 1970, wara li ġiet rifjutata fl-24 ta' Lulju, 1919)
  10. Louisiana (11 ta' Ġunju, 1970, wara li ġiet rifjutata fl-1 ta' Lulju, 1920)
  11. North Carolina (6 ta' Mejju, 1971)
  12. Mississippi (22 ta' Mejju, 1984, wara li ġiet rifjutata fid-29 ta' Marzu, 1920)

Referenzi[editja]

  1. ^ Steve Mount. (Ingliż) Ratification of Constitutional Amendments. 2007. Aċċess tal-URL: 24-02-2007.

Ħoloq esterni[editja]