Heiko Westermann
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Heiko Westermann | ||
| Twelid | 14 ta' Awwissu 1983 Alzenau |
||
| Pajjiż | |||
| Nazzjonalità | |||
| Tul | 1.90 m | ||
| Rwol | Difensur | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Hamburger SV | ||
| Numru | 4 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 1988–1994 | SG Schimborn | ||
| 1994–1998 | 1. FC Hösbach | ||
| 1998–2000 | FC Bayern Alzenau | ||
| 2000–2001 | SpVgg Greuther Fürth | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2001–2002 | SpVgg Greuther Fürth II | 29 | (1) |
| 2002–2005 | SpVgg Greuther Fürth | 83 | (2) |
| 2005–2007 | Arminia Bielefeld | 67 | (5) |
| 2007–2010 | Schalke 04 | 92 | (12) |
| 2011– | Hamburger SV | 98 | (5) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2003–2004 | Ġermanja U-21 | 2 | (0) |
| 2008– | Ġermanja | 24 | (3) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 17:46, 30 April 2013 (UTC) |
|||
Heiko Westermann (Alzenau, 14 ta' Awwissu 1983) huwa plejer tal-futbol Ġermaniż li jilgħab bħala difensur għal Hamburg u għat-tim nazzjonali Ġermaniż.
Karriera [editja]
Westermann beda l-karriera professjonali mal-klabb mis-2. Bundesliga, Greuther Fürth. L-ewwel dehra tiegħu waslet fis-26 ta' Jannar 2003 fir-rebħa ta' 1–0 fuq MSV Duisburg. Fi tliet staġuni mal-klabb hu lagħab total ta' 92 logħba, fejn skorja ħames gowls.
Wara l-istaġun 2004–05, Westermann iffirma mat-tim promoss tal-Bundesliga Arminia Bielefeld. Fl-ewwel staġun tiegħu lagħab f'kull logħba ta' Bielefeld, fosthom 34 logħba tal-kampjonat u ħames partiti tad-DFB-Pokal. Hu baqa' figura regulari mal-klabb għas-sena ta' wara fejn tilef biss logħba waħda.
Fl-2007, Schalke akkwistaw is-servizzi tiegħu għal €2.8 miljun. Westermann iddebutta fl-24 ta' Lulju fil-konfront kontra 1. FC Nuremberg, li rebħuha 4–2 fejn ikkontribwixxa għal gowl. Id-debutt fil-Bundesliga wasal fis-26 ta' Awwissu 2007, bħala sostitut għal Rafinha fit-tielet ġimgħa tal-kampjonat kontra VfL Wolfsburg. Fl-istaġun segwenti hu kien strumentali fil-kampanja ta' Schalke fiċ-Champions League, fejn kien l-uniku plejer (barra l-gowlkiper) li lagħab kull minuta. Bil-kowċ il-ġdid Fred Rutten, għall-istaġun 2008–09 Westermann ġie skjerat ħafna drabi f'nofs il-grawnd.
F'Lulju tal-2010, Westermann iffirma għal €7.5 miljun ma' Hamburg.
Internazzjonali [editja]
Westermann iddebutta mat-tim nazzjonali Ġermaniż fi Frar tal-2008 kontra l-Awstrija (3–0). Hu ġie magħżul fost l-iskwadra Ġermaniża għall-Kampjonati Ewropej 2008. Fit-2 ta' Ġunju 2009, Westermann skorja l-ewwel gowl tiegħu għall-Ġermanja fir-rebħa ta' 7–2 kontra l-Emirati Għarab Magħquda.