György Garics

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
György Garics
Informazzjoni personali
Twelid8 ta' Marzu 1984 (1984-03-08) (40 sena)
SzombathelyUngerija
Tul1.83 m
RwolDifesnur lemini
Mixtliet
1990–1998Haladás VSE
1998–2002Rapid Vienna
Karriera professjonali
SninKlabb
2002–2006Rapid Vienna
2006–2008Napoli
2008–2010Atalanta
2010–2015Bologna
2015–2016Darmstadt 98
2017–2018Imolese
Tim nazzjonali
2005Awstrija U21
2006–2016Awstrija

György Garics (Szombathely, 8 ta' Marzu 1984) huwa eks-plejer tal-futbol professjonali Awstrijakk imwieled l-Ungerija.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Għalkemm twieled fl-Ungerija, Garics mar jgħix ġewwa Vjenna meta kellu 14-il sena u beda l-karriera tal-futbol tiegħu mat-tim Awstrijakk Rapid Vienna fl-2002; matul l-ewwel staġun tiegħu bħala żagħżugħ huwa għamel żewġ apparenzi.

Mill-istaġun 2004-05, id-difensur żagħżugħ sar aktar membru prominenti fl-ewwel tim u Rapid Vienna rebħu l-Bundesliga Awstrijaka, matul dak iż-żmien huwa sar kaptan tal-Awstrija U21.

Wara li għamel 81 apparenzi għal Rapid Vienna u skorja gowl wieħed, huwa kien mixtri mill-klabb Taljan Napoli bi prezz ta' €500,000,[1] hu għamel id-debutt tiegħu kontra Triestina fit-23 ta' Settembru 2006. Ftit wara, huwa kiseb sejħa fis-6 ta' Ottubru 2006 għat-tim nazzjonali Awstrijakk kontra l-Liechtenstein u skorja fid-debutt internazzjonali tiegħu.

Huwa kien imsejjaħ ukoll fl-iskwadra tal-Kampjonati Ewropej 2008 u beda t-tielet partita tal-Awstrija kontra l-Ġermanja ġewwa Vjenna.

Il-każ ta' Garics qasam sentiment pubbliku Ungeriż, il-profil għoli tal-plejer seta' jintagħżel minn tim nazzjonali ieħor barra l-Ungerija, dan il-każ ġie meqjus bħala nuqqas min-naħa tal-Federazzjoni tal-Futbol Ungeriż minħabba li ma kkunsidrawx l-għażla fil-ħin għat-tim nazzjonali.

Garics iffirma ma' Atalanta minn għand Napoli fi ftehim ta' ko-sjieda kmieni f'Lulju 2008, għal €1.5 miljun.[2] Fis-26 ta' Ġunju 2009, Atalanta xtraw is-sjieda sħiħa tal-plejer għal miljun ewro.[2][3]

Wara li Atalanta kienu relegati mis-Serie A, Garics kien mibjugħ dirett għal Bologna fit-9 ta' Awwissu 2010,[4] għal €3 miljuni.[5] Garics kien weġgħa serjament fl-2011, u kellhu jitlef ħafna mill-istaġun tar-rebbiegħa ma' Bologna.

Fl-14 ta' Awwissu 2015, Garics issieħeb bi ftehim ta' sentejn ma tim promoss fil-Bundesliga Ġermaniża, SV Darmstadt 98.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Rapid Vienna

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "SSC Napoli 2006–07 Annual Report" (PDF). direttanapoli.it (bit-Taljan). 2007-10-01. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2010-12-25. Miġbur 2011-06-15.
  2. ^ a b "SSC Napoli 2008–09 Annual Report" (PDF) (bit-Taljan). SSC Napoli (Arkivju CCIAA). 2010-01-01. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2010-12-25. Miġbur 2011-06-17.
  3. ^ "Napoli, le comproprietà risolte" (bit-Taljan). SSC Napoli. Miġbur 2009-06-28.
  4. ^ "RAIMONDI ALL'ATALANTA, GARICS AL BOLOGNA" (bit-Taljan). Atalanta BC. 2010-08-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-03-30. Miġbur 2010-08-09.
  5. ^ "Bilancio intermedio al 31 dicembre 2010: Nota integrativa: parte 1" (PDF) (bit-Taljan). Bologna FC 1909. 2011-04-04. Miġbur 2011-06-14.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]