Guillermo Burdisso
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Guillermo Enio Burdisso | ||
| Twelid | 26 ta' Settembru 1988 Altos de Chipión |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.87 m | ||
| Rwol | Difensur | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Boca Juniors | ||
| Numru | 6 | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2006 | El Porvenir | 3 | (2) |
| 2009–2012 | Rosario Central | 46 | (4) |
| 2010–2011 | → Roma (self) | 4 | (0) |
| 2011–2012 | → Arsenal de Sarandí (self) | 33 | (6) |
| 2012– | Boca Juniors | 11 | (3) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2010– | Arġentina | 1 | (1) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 22 ta' Lulju 2012 |
|||
Guillermo Enio Burdisso (Altos de Chipion, 24 ta' April 1988) huwa plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab bħala difensur mat-tim ta' Boca Juniors. Guillermo huwa ħu d-difensur ta' Roma, Nicolás Burdisso.
Werrej |
Karriera [editja]
Klabb [editja]
Fl-2006, hu lagħab ma Club El Porvenir, fil-Primera B Nacional. Fis-sajf tal-2008, hu ssieħeb ma Rosario Central. Huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu fis-27 ta' Frar 2009, f'telfa ta' 3-1 kontra Banfield. Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu f'din l-apperenza.
Burdisso impressjona fl-ewwel tim ta' Rosario Central fl-2009, imma hu ma setax jevita l-Canallas u waqgħa fil-Primera B fl-aħħar tal-2010 Clausura. Huwa mbagħad issieħeb ma ħuh, Nicolas, ma Roma għal €500,000 bl-għażla li jinxtara għal €4.7 miljun. [1]
Burdisso ssieħeb ma Arsenal de Sarandí fl-2011. Fl-2012 Boca Juniors xtraw 25% tad-drittijiet ekonomiċi minn Rosario Central u partijiet terzi mill-Aġenzija tal-Isports HAZ rispettivament.[2]
Internazzjonali [editja]
Burdisso għamel id-debutt tiegħu għat-Tim nazzjonali Arġentin fis-26 ta' Jannar 2010 f'rebħa ta' 3-2 kontra l-Kosta Rika. Huwa skorja t-tieni gowl fil-logħba.
Gowls Internazzjonali [editja]
- Punteġġi u r-riżultati tal-Arġentina qedgħin fil-lista xellugija.
| # | Data | Post | Avversarju | Punteġġ | Riżultat | Kompetizzjoni |
|---|---|---|---|---|---|---|
| 1. | 26 ta' Jannar 2010 | San Juan, Arġentina | 2 – 1 | 3 – 2 | Logħba ta' ħbiberija |
Unuri [editja]
- Arsenal
- Primera División (1): 2012 Clausura