Grupp E tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Artiklu prinċipali: Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.

Grupp E tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 li saret fil-Ġermanja, kien jikkonsisti minn grupp ta' erba' timijiet. Il-logħob minn dan il-grupp kien bejn it-12 ta' Ġunju 2006 u t-22 ta' Ġunju. L-Italja rebħu l-grupp, u avvanzaw għat-tieni rawnd, flimkien mad-debuttanti tal-Gana. B'sorpriża, kienu r-Repubblika Ċeka u l-Istati Uniti li ġew eliminati mill-kompetizzjoni.


Gana

Italja

Repubblika Ċeka

Stati Uniti
Kwalifikat Kwalifikat
Partitarju tal-Gana f'Hanover. Fl-ewwel parteċipazzjoni tagħhom fit-Tazza tad-Dinja, il-Ganiżi kkwalifikaw għall-fażi suċċessiva, fejn kienu l-uniku tim Afrikan li kompla wara l-fażi tal-gruppi
Mumenti wara l-partita bejn l-Italja u l-Istati Uniti

Wara t-tlugħ tal-poloz f'Leipzig, dan il-grupp flimkien ma' Grupp Ċ kien ikkunsidrat bħala l-grupp tal-mewt. Dan minħabba li kien hemm l-Italja (tliet darbiet rebbieħa ta' dan il-kampjonat), ir-Repubblika Ċeka u l-Istati Uniti (li kienu jinsabu fit-2 u fil-5 rispettivament fil-klassifika mondjali tal-FIFA), u l-Gana, li kien wieħed mill-aktar timijiet solidi Afrikani.

Wara l-ewwel sett ta' partiti, l-Ewropej ħarġu bħala r-rebbieħa u kkonfermaw li kienu l-favoriti. Iċ-Ċeki rebħu mingħajr problemi lill-Istati Uniti bl-iskor ta' 3–0 minkejja li sofrew in-nuqqas ta' Jan Koller waqt il-partita, wieħed mill-aktar plejers influwenti. Wara din il-partita, ir-Repubblika Ċeka ħarġu wkoll bħala kandidati għat-titlu minħabba l-livell għoli ta' logħob li wrew. Min-naħa l-oħra, l-Italja sofriet imma rnexxielha tirbaħ lis-selezzjoni Ganiża 2–0 wara li dawn tal-aħħar ikkumplikaw l-affarijiet għall-formazzjoni Taljana bil-passaġġi twal tagħhom.

Ġranet wara, il-Gana affaċċjat lis-saħħa tar-Repubblika Ċeka. B'sorpriża huma rebħu lill-Ewropej 2–0 b'gowls ta' Asamoah Gyan u Sulley Muntari, fejn b'hekk il-grupp infetaħ beraħ għal kwalunkwe kwalifikazzjoni. F'dik l-istess ġurnata, l-Italja laqgħet l-isfida tal-Istati Uniti, fejn din il-partita kellha tliet plejers imkeċċija wara daħliet brutali; fuq in-naħa tal-Italja kien hemm Daniele De Rossi u fuq dik Amerikana kien hemm Pablo Mastroeni u Eddie Pope. Finalment, permezz ta' awtogowl ta' Cristian Zaccardo, l-Amerikani kisbu pari ta' 1–1 fejn xorta baqgħu biċ-ċans li jikkwalifikaw.

Fl-aħħar ġurnata ta' logħob, dan il-grupp ikkonferma bil-fatti li kien il-grupp tal-mewt. L-erba' timijiet kellhom ċans li jikkwalifikaw u, barra l-Istati Uniti, kellhom ċans li jiksbu l-ewwel post tal-grupp u b'hekk jevitaw li jaffrontaw fil-kwarti tal-finali lill-Brażil, li kienu fl-ewwel post ta' Grupp F. Ir-Repubblika Ċeka bdew jiddominaw fil-bidu fil-partita kontra l-Italja, imma fl-ewwel attakk tat-Taljani fis-26 minuta, Marco Materazzi skorja l-ewwel gowl tal-Italja. Minkejja li marru minn taħt, iċ-Ċeki ma qatgħux qalbhom: Pavel Nedvěd u Tomáš Rosický ippruvaw biex jiksbu l-pari imma l-Italja rnexxielha iżżomm difiża soda. Qabel, fil-partita l-oħra, il-Gana kienu marru fil-vantaġġ permezz ta' Haminu Draman, però Clint Dempsey reġa' ġab ir-riżultat l-istess. Bir-riżultat ta' 1–1 fil-partita bejn il-Gana u l-Istati Uniti, iċ-Ċeki komplew jippressaw imma huma ma setgħewx jissuperaw il-linja difensiva tat-Taljani. Madanakollu, il-penalty skurjat minn Stephan Appiah għall-Gana kompla jikkomplika l-possibilitajiet tar-Repubblika Ċeka, li l-assiprazzjonijiet tagħhom li jikkwalifikaw ġew sfumati hekk kif Filippo Inzaghi issiġilla fis-87 minuta ir-riżultat finali ta' 2–0. Fl-aħħar ta' dawn is-sett ta' partiti, l-Italja u l-Gana kkwalifikaw, fejn dan tal-aħħar kien l-uniku tim mill-Afrikan li kompla fil-kompetizzjoni. Fl-istess waqt, iċ-Ċeki u l-Amerikani ġew eliminati, fejn dawn tal-aħħar kienu fost il-favoriti li jirritornaw lura lejn darhom.

Klassifika[immodifika | immodifika s-sors]

Tim L R P T GF GK DG Pti
 Italja 3 2 1 0 5 1 +4 7
 Gana 3 2 0 1 4 3 +1 6
 Repubblika Ċeka 3 1 0 2 3 4 −1 3
 Stati Uniti 3 0 1 2 2 6 −4 1

Stati Uniti vs Repubblika Ċeka[immodifika | immodifika s-sors]

12 ta' Ġunju 2006
 Stati Uniti 0 – 3  Repubblika Ċeka FIFA WM Stadion Gelsenkirchen, Gelsenkirchen
Attendenza: 52,000
Referi: Paragwaj Carlos Amarilla
Koller Gowl 5'
Rosický Gowl 36' Gowl 76'
Stati Uniti
STATI UNITI:
G 18 Kasey Keller
D 6 Steve Cherundolo Sostituzzjoni (barra) 46'
D 22 Oguchi Onyewu Ammonizzjoni 5'
D 23 Eddie Pope
D 7 Eddie Lewis
M 21 Landon Donovan
M 10 Claudio Reyna (k) Ammonizzjoni 60'
M 4 Pablo Mastroeni Sostituzzjoni (barra) 46'
M 17 DaMarcus Beasley
A 20 Brian MDride Sostituzzjoni (barra) 77'
A 15 Bobby Convey
Sostituzzjonijiet:
A 9 Eddie Johnson Sostituzzjoni (ġewwa) 46'
M 5 John O'Brien Sostituzzjoni (ġewwa) 46'
A 16 Josh Wolff Sostituzzjoni (ġewwa) 77'
Kowċ:
Stati Uniti Bruce Arena
Repubblika Ċeka
REPUBBLIKA ĊEKA:
G 1 Petr Čech
D 2 Zdeněk Grygera Ammonizzjoni 88'
D 21 Tomáš Ujfaluši
D 22 David Rozehnal Ammonizzjoni 16'
D 6 Marek Jankulovski
M 4 Tomáš Galásek (k)
M 8 Karel Poborský Sostituzzjoni (barra) 82'
M 11 Pavel Nedvěd
M 10 Tomáš Rosický Ammonizzjoni 81' Sostituzzjoni (barra) 86'
A 9 Jan Koller Sostituzzjoni (barra) 45'
A 20 Jaroslav Plašil
Sostituzzjonijiet:
A 12 Vratislav Lokvenc Ammonizzjoni 59' Sostituzzjoni (ġewwa) 45'
M 19 Jan Polák Sostituzzjoni (ġewwa) 82'
A 17 Jiří Štajner Sostituzzjoni (ġewwa) 86'
Kowċ:
Repubblika Ċeka Karel Brückner

Plejer tal-Partita:
Repubblika Ċeka Tomáš Rosický

Assistenti:
Paragwaj Amelio Andino
Paragwaj Bernal Manuel
Ir-Raba' uffiċċjal:
Ċili Carlos Chandia
Il-Ħames uffiċċjal:
Ċili Rodrigo Gonzalez

Italja vs Gana[immodifika | immodifika s-sors]

12 ta' Ġunju 2006
 Italja 2 – 0  Gana FIFA WM Stadion Hannover, Hanover
Attendenza: 43,000
Referi: Brażil Carlos Eugênio Simon
Pirlo Gowl 40'
Iaquinta Gowl 83'
Italja
ITALJA:
G 1 Gianluigi Buffon
D 2 Cristian Zaccardo
D 13 Alessandro Nesta
D 5 Fabio Cannavaro (k)
D 3 Fabio Grosso
M 21 Andrea Pirlo
M 20 Simone Perrotta
M 4 Daniele De Rossi Ammonizzjoni 10'
M 10 Francesco Totti Sostituzzjoni (barra) 56'
A 11 Alberto Gilardino Sostituzzjoni (barra) 64'
A 9 Luca Toni Sostituzzjoni (barra) 82'
Sostituzzjonijiet:
M 16 Mauro Camoranesi Ammonizzjoni 62' Sostituzzjoni (ġewwa) 56'
A 15 Vincenzo Iaquinta Ammonizzjoni 88' Sostituzzjoni (ġewwa) 64'
A 7 Alessandro Del Piero Sostituzzjoni (ġewwa) 82'
Kowċ:
Italja Marcello Lippi
Gana
GANA:
G 22 Richard Kingston
D 15 John Pantsil
D 4 Samuel Kuffour
D 5 John Mensah
D 6 Emmanuel Pappoe Sostituzzjoni (barra) 46'
D 18 Eric Addo
M 8 Michael Essien
M 10 Stephen Appiah (k)
M 11 Sulley Ali Muntari Ammonizzjoni 41'
A 14 Matthew Amoah Sostituzzjoni (barra) 68'
A 3 Asamoah Gyan Ammonizzjoni 65' Sostituzzjoni (barra) 89'
Sostituzzjonijiet:
A 7 Illiasu Shilla Sostituzzjoni (ġewwa) 46'
A 19 Razak Pimpong Sostituzzjoni (ġewwa) 68'
A 12 Alex Tachie-Mensah Sostituzzjoni (ġewwa) 89'
Kowċ:
Serbja Ratomir Dujković

Plejer tal-Partita:
Italja Andrea Pirlo

Assistenti:
Brażil Aristeu Tavares
Brażil Ednilson Corona
Ir-Raba' uffiċċjal:
Arabja Sawdija Khalil Al Ghamdi
Il-Ħames uffiċċjal:
Sirja Hamdi Al Kadri

Repubblika Ċeka vs Gana[immodifika | immodifika s-sors]

17 ta' Ġunju 2006
 Repubblika Ċeka 0 – 2  Gana FIFA WM Stadion Köln, Kolonja
Attendenza: 45,000
Referi: Arġentina Horacio Elizondo
Gyan Gowl 2'
Muntari Gowl 82'
Repubblika Ċeka
REPUBBLIKA ĊEKA:
G 1 Petr Čech
D 2 Zdeněk Grygera
D 21 Tomáš Ujfaluši Tkeċċija 69'
D 22 David Rozehnal
D 6 Marek Jankulovski
M 4 Tomáš Galásek (k) Sostituzzjoni (barra) 46'
M 8 Karel Poborský Sostituzzjoni (barra) 56'
M 10 Tomáš Rosický
M 11 Pavel Nedvěd
M 20 Jaroslav Plašil Sostituzzjoni (barra) 68'
A 12 Vratislav Lokvenc Ammonizzjoni 49'
Sostituzzjonijiet:
M 19 Jan Polák Sostituzzjoni (ġewwa) 46'
M 17 Jiří Štajner Sostituzzjoni (ġewwa) 56'
M 7 Libor Sionko Sostituzzjoni (ġewwa) 68'
Kowċ:
Repubblika Ċeka Karel Brückner
Gana
GANA:
G 22 Richard Kingson
D 15 John Pantsil
D 5 John Mensah
D 7 Illiasu Shilla
D 13 Habib Mohamed Ammonizzjoni 90+3'
D 20 Otto Addo Ammonizzjoni 18' Sostituzzjoni (barra) 46'
M 8 Michael Essien Ammonizzjoni 37'
M 10 Stephen Appiah (k)
M 11 Sulley Ali Muntari Ammonizzjoni 84'
A 3 Gyan Asamoah Ammonizzjoni 66' Sostituzzjoni (barra) 85'
A 14 Matthew Amoah Sostituzzjoni (barra) 80'
Sostituzzjonijiet:
M 9 Derek Boateng Ammonizzjoni 75' Sostituzzjoni (ġewwa) 46'
M 18 Eric Addo Sostituzzjoni (ġewwa) 80'
A 19 Razak Pimpong Sostituzzjoni (ġewwa) 85'
Kowċ:
Serbja Ratomir Dujković

Plejer tal-Partita:
Gana Michael Essien

Assistenti:
Italja Dario Garcia
Italja Rodolfo Otero
Ir-Raba' uffiċċjal:
Afrika t'Isfel Jerome Damon
Il-Ħames uffiċċjal:
Afrika t'Isfel Enock Molefe

Italja vs Stati Uniti[immodifika | immodifika s-sors]

17 ta' Ġunju 2006
 Italja 1 – 1  Stati Uniti Fritz Walter Stadion, Kaiserslautern
Attendenza: 46,000
Referi: Urugwaj Jorge Larrionda
Gilardino Gowl 22' Zaccardo Gowl 27' (awt)
Italja
ITALJA:
G 1 Gianluigi Buffon
D 2 Cristian Zaccardo Sostituzzjoni (barra) 54'
D 13 Alessandro Nesta
D 5 Fabio Cannavaro (k)
D 19 Gianluca Zambrotta Ammonizzjoni 70'
M 21 Andrea Pirlo
D 20 Simone Perrotta
M 4 Daniele De Rossi Tkeċċija 28'
M 10 Francesco Totti Ammonizzjoni 5' Sostituzzjoni (barra) 35'
A 11 Alberto Gilardino
A 9 Luca Toni Sostituzzjoni (barra) 61'
Sostituzzjonijiet:
M 8 Gennaro Gattuso Sostituzzjoni (ġewwa) 35'
A 7 Alessandro Del Piero Sostituzzjoni (ġewwa) 54'
A 15 Vincenzo Iaquinta Sostituzzjoni (ġewwa) 61'
Kowċ:
Italja Marcello Lippi
Stati Uniti
STATI UNITI:
G 18 Kasey Keller
D 6 Steve Cherundolo
D 23 Eddie Pope AmmonizzjoniAmmonizzjoniTkeċċija 21', 47'
D 22 Oguchi Onyewu
D 3 Carlos Bocanegra
M 4 Pablo Mastroeni Tkeċċija 45'
M 10 Claudio Reyna (k)
RW 8 Clint Dempsey Sostituzzjoni (barra) 62'
LW 15 Bobby Convey Sostituzzjoni (barra) 52'
A 21 Landon Donovan
A 20 Brian McBride
Sostituzzjonijiet:
A 13 Jimmy Conrad Sostituzzjoni (ġewwa) 52'
M 17 DaMarcus Beasley Sostituzzjoni (ġewwa) 62'
Kowċ:
Stati Uniti Bruce Arena

Plejer tal-Partita:
Messiku Kasey Keller

Assistenti:
Urugwaj Walter Rial
Urugwaj Pablo Fandino
Ir-Raba' uffiċċjal:
Arabja Sawdija J Khalil al Ghamdi
Il-Ħames uffiċċjal:
Sirja Hamdi al Kadri

Repubblika Ċeka vs Italja[immodifika | immodifika s-sors]

22 ta' Ġunju 2006
 Repubblika Ċeka 0 – 2  Italja FIFA WM Stadion Hamburg, Amburgu
Attendenza: 50,000
Referi: Messiku Benito Archundia
Materazzi Gowl 26'
Inzaghi Gowl 87'
Repubblika Ċeka
REPUBBLIKA ĊEKA:
G 1 Petr Čech
D 2 Zdeněk Grygera
D 5 Radoslav Kováč Sostituzzjoni (barra) 78'
D 22 David Rozehnal
D 6 Marek Jankulovski
M 19 Jan Polák AmmonizzjoniAmmonizzjoniTkeċċija 35', 45+2'
M 8 Karel Poborský Sostituzzjoni (barra) 46'
M 10 Tomáš Rosický
M 11 Pavel Nedvěd (k)
M 20 Jaroslav Plašil
A 15 Milan Baroš Sostituzzjoni (barra) 64'
Sostituzzjonijiet:
A 17 Jiří Štajner Sostituzzjoni (ġewwa) 46'
M 14 David Jarolím Sostituzzjoni (ġewwa) 64'
A 18 Marek Heinz Sostituzzjoni (ġewwa) 78'
Kowċ:
Repubblika Ċeka Karel Brückner
Italja
ITALJA:
G 1 Gianluigi Buffon
D 19 Gianluca Zambrotta
D 5 Fabio Cannavaro (k)
D 13 Alessandro Nesta Sostituzzjoni (barra) 17'
D 3 Fabio Grosso
D 16 Mauro Camoranesi Sostituzzjoni (barra) 74'
M 20 Simone Perrotta
M 21 Andrea Pirlo
M 8 Gennaro Gattuso Ammonizzjoni 31'
A 10 Francesco Totti
A 11 Alberto Gilardino Sostituzzjoni (barra) 60'
Sostituzzjonijiet:
D 23 Marco Materazzi Sostituzzjoni (ġewwa) 17'
A 18 Filippo Inzaghi Sostituzzjoni (ġewwa) 60'
M 17 Simone Barone Sostituzzjoni (ġewwa) 74'
Kowċ:
Italja Marcello Lippi

Plejer tal-Partita:
Italja Marco Materazzi

Assistenti:
Messiku Jose Ramirez
Kanada Hector Vergara
Ir-Raba' uffiċċjal:
Kolombja Oscar Ruiz
Il-Ħames uffiċċjal:
Kolombja Jose Navia

Gana vs Stati Uniti[immodifika | immodifika s-sors]

22 ta' Ġunju 2006
 Gana 2 – 1  Stati Uniti FIFA WM Stadion Nürnberg, Nuremberga
Attendenza: 41,000
Referi: Ġermanja Markus Merk
Dramani Gowl 22'
Appiah Gowl 45' (pen)
Dempsey Gowl 43'
Gana
GANA:
G 22 Richard Kingson
D 15 John Pantsil
D 5 John Mensah Ammonizzjoni 81'
D 7 Illiasu Shilla Ammonizzjoni 32'
D 13 Habib Mohamed
M 8 Michael Essien Ammonizzjoni 5'
M 9 Derek Boateng Sostituzzjoni (barra) 46'
M 23 Haminu Dramani Sostituzzjoni (barra) 80'
M 10 Stephen Appiah (k) Ammonizzjoni 90+1'
A 14 Matthew Amoah Sostituzzjoni (barra) 59'
A 19 Razak Pimpong
Sostituzzjonijiet:
M 20 Otto Addo Sostituzzjoni (ġewwa) 46'
M 18 Eric Addo Sostituzzjoni (ġewwa) 59'
A 12 Alex Tachie-Mensah Sostituzzjoni (ġewwa) 80'
Kowċ:
Serbja Ratomir Dujković
Stati Uniti
USA:
G 18 Kasey Keller
D 6 Steve Cherundolo Sostituzzjoni (barra) 61'
D 13 Jimmy Conrad
D 22 Oguchi Onyewu
D 3 Carlos Bocanegra
M 10 Claudio Reyna (k) Sostituzzjoni (barra) 40'
M 8 Clint Dempsey
M 7 Eddie Lewis Ammonizzjoni 7' Sostituzzjoni (barra) 74'
M 21 Landon Donovan
A 17 DaMarcus Beasley
A 20 Brian McBride
Sostituzzjonijiet:
M 14 Ben Olsen Sostituzzjoni (ġewwa) 40'
A 9 Eddie Johnson Sostituzzjoni (ġewwa) 61'
M 15 Bobby Convey Sostituzzjoni (ġewwa) 74'
Kowċ:
Stati Uniti Bruce Arena

Plejer tal-Partita:
Gana Stephen Appiah

Assistenti:
Ġermanja Christian Schraer
Ġermanja Jan-Hendrik Salver
Ir-Raba' uffiċċjal:
Ġappun Toru Kamikawa
Il-Ħames uffiċċjal:
Ġappun Yoshikazu Hiroshima

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]