Greenpeace

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Greenpeace (maqluba litteralment għall-Malti: Paċi ħadra) hija għaqda ambjentali internazzjonali. Hija taħdem biex tbiddel il-politika tal-gvernijiet u l-industriji li jheddu id-dinja naturali. Greenpeace tiġbed l-attenzjoni għall-perikli li l-ambjent jsofri b'azzjonijiet bħat-tħaffir għaż-żejt fil-baħar, l-ittestjar ta' bombi nukleari u r-rimi ta' żibel radjoattiv fl-oċeani. Hija ukoll t'opponi l-qbid tal-baleni, it-tifrix t'armi nukleari u t-theddid lill-ambjent selvaġġ minħabba l-kaċċa, t-tniġġis u t-telf ta' l-abitat naturali.

Azzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Membri tal-Greenpeace jużaw metodi ta' protesti diretti u indiretti. Huma jmorru fil-post fejn tkun qed issir l-attività li l-grupp jikkunsidra bħala ħażina. Mingħajr ma jużaw il-forza, huma jippruvaw iwaqqfu l-attività. Eżempju, biex jipprotestaw kontra l-qbid tal-baleni, membri tal-Greenpeace ġewwa dgħajjes ippustjaw lilhom infushom bejn il-baleni u l-vapuri ta' dawk li jaqbduhom.

Jag heter kalle och ska äta Frukost om en timme.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Greenpeace twaqqfu fil-Kanada fl-1971. Hija ġibdet l-attenzjoni internazzjonali permezz ta' l-isforzi tagħha biex issalva l-baleni u għall-oppożizzjoni tagħha lejn il-qtil ta' tip t'iljun il-baħar, magħruf bħala harp seal, mal-kosta ta' Newfoundland. Fl-1985, membri tal-Greenpeace ippjanaw biex jużaw il-vapur tagħhom, ir-''Rainbow Warrior'', biex jipprotestaw kontra it-testijiet nukleari Franċiżi fil-Paċifiku t'isfel. Imma splużżjoni għerqet il-vapur fil-port ta' Auckland fi New Zealand, u nqatel fotografu tal-Greenpeace. Uffiċjali tal-gvern Franċiż ammettew ir-responsabiltà tagħhom fl-għarqien tal-vapur, u l-Ministru tad-Difiża rriżenja.

Ħoloq[immodifika | immodifika s-sors]