Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

L-iStadju Nazzjonali ta' Bejġing (bl-Ingliż: Beijing National Stadium), huwa mgħaruf ukoll bħala l-Istadju Nazzjonali, jew ukoll bħala 'Il-Bejta ta' l-Għasfur' minħabba l-forma ta' l-arkitetura tiegħu, huwa stadju fl-Olympic Green f'Bejġing, iċ-Ċina li tlesta f'Marzu 2008. L-Istadju qed josspita il-kompetizzjonijiet ta' l-atletika tal-Logħob Olimpiku tas-Sajf 2008, kif ukoll iċ-ċeremonji tal-ftuħ u l-għeluq. jinsab fuq in-naħa tal-Lvant taċ-Ċentru Akwatiku Nazzjonali ta' Bejġing.