Gonzalo Javier Rodríguez

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gonzalo Rodríguez
Informazzjoni personali
Isem sħiħGonzalo Javier Rodríguez Prado
Twelid10 ta' April 1984 (1984-04-10) (39 sena)
Buenos AiresArġentina
Tul1.82 m
RwolDifensur ċentrali
Karriera professjonali
SninKlabb
2002–2004San Lorenzo
2004–2012Villarreal
2012–2017Fiorentina
2017–2020San Lorenzo
Tim nazzjonali
2003–2015Arġentina

Gonzalo Javier Rodríguez (Buenos Aires, 10 ta' April 1984) huwa plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab bħala difensur.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Wara li beda l-karriera tiegħu ma' San Lorenzo fejn magħhom għamel sentejn, fil-bidu tal-istaġun 2004–05 ingħaqad mal-klabb Spanjol ta' Villarreal f'kuntratt ta' ħames snin. Fis-16 ta' April 2006, weġġa' fil-ligamenti tal-irkoppa x-xellugija fejn baqa' barra mil-logħob għal tmien ġimgħat. Fid-19 ta' Awwissu 2006, reġa weġġa' mill-ġdid fejn ċarrat il-ligament kruċjat tal-irkoppa x-xellugija li ħallietu barra għal seba' xhur. Ir-ritorn tiegħu ftit li xejn dam, minħabba li fl-14 ta' Ġunju 2007, weġġa' għal darb'oħra l-irkoppa u kellu jiġi operat u jibqa' inattiv għal sitt xhur.[1] Wara l-perjodi ta' inattività, mill-istaġun 2008–09 reġa' stabilixxa ruħu mal-ewwel tim u fforma koppja difensiva ma' Diego Godin.

Nhar it-3 ta' Awwissu 2012, ittrasferixxa ma' Fiorentina għas-somma ta' €1.5 miljun.[2] Iddebutta fis-Serie A fil-25 ta' Awwissu kontra Udinese fir-rebħa ta' 2–1. L-ewwel gowl bil-flokk vjola wasal fil-21 ta' Ottubru fil-logħba kontra Chievo. Fl-ewwel staġun tiegħu fl-Italja skorja total ta' sitt gowls f'35 logħba fil-kampjonat.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Arġentina f'Jannar tal-2001 fil-konfront kontra l-Ħonduras, fejn aktar tard ħa sehem fil-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005. Kawża tal-problemi fiżiċi li kellu f'April tal-2006 hu kellu jaqbeż it-Tazza tad-Dinja 2006.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

San Lorenzo
Villarreal

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Grim news for Gonzalo at Villarreal" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-06-14.
  2. ^ "Borja Valero, Gonzalo Rodriguez e Aquilani alla Fiorentina" (bit-Taljan). ACF Fiorentina. 2012-08-03. Miġbur 2012-08-03.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]