Giuseppe Mifsud Bonnici

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Giuseppe Mifsud Bonnici imwieled fis-17 ta' Lulju 1930 , bin il-Professur Carmelo u Mary nee Ross, serva ta' Prim Imħallef ta' Malta bejn l-1990 u l-1995, kif ukoll Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-1992 u l-1998.

Kien ukoll President tal-Casino Maltese u tal-Malta Football Association.

Studja fl-Universita' ta' Malta u fl-Universita' ta' Ruma, Istituto Giorgio del Vecchio.

Jgħallem, bit-titlu ta' Professur, il-Filosofija tad-Dritt fl-Universita ta' Malta.

Ħareġ Constitutional Procedure relative to Fundamental Rights and Freedoms fl-2004, u Il-Liġi, il-Morali u r-Raġuni (flimkien ma' Mark A. Sammut), fl-2008.

Kien miżżewweġ, u ghandu tlitt ibniet.