Girolamo Abos

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Girolamo Abos
surmast tal-kappella

1749 -
Ħajja
Twelid Valletta, 15 Novembru 1715, 16 Novembru 1715
Nazzjonalità Malta
Mewt Napli, Ottubru 1760
Edukazzjoni
Alma mater Conservatorio di Sant'Onofrio in Capuana
Għalliema Gaetano Greco
Francesco Durante
Leonardo Leo
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
Impjegaturi Conservatorio della Pietà dei Turchini
Moviment mużika Barokka
Moviment artistiku opra

Girolamo Abos (Valletta, 15 ta' Novembru 1715 – Napli, Ottobru 1760) kien kompożitur u għalliem Malti.

Missieru kien Gian-Tommaso Abos u ommu Rosa Farrugia. Nannuh, Giovanni Abos, kien Franċiż minn Castellane. Fl-1729 beda jistudja l-mużika fil-Konservatorju dei Poveri di Gesù Cristo ta' Napli, l-ewwel taħt Gaetano Greco u mbagħad taħt Francesco Durante. Kuġinuh Carol Farrugia, li kien uditore ta' bosta Granmastri tal-Ordni ta' San Ġwann, ħallaslu l-istudji tiegħu. Ma nafux jekk Abos qattx mar lura Malta imma żgur li żamm kuntatt. Pereżempju il-maestro di cappella Melchiorre Sammartin, il-castrato soprano Antonio Rubino, il-castrato contralto Antonio Goja u l-vjolinista Paolo Papa, kollha mill-Conservatorio di Sant'Onofrio a Porta Capuana saru membri tal-cappella di musika tal-knisja konventwali tal-Ordni ta' San Ġwann. Barra minn hekk iż-żewġ uliedu li nafu bihom Gaetano (t. 1754) u Maria Josepha (t. 1753) bagħathom Malta biex jieħu ħsiebhom kuġinuh Carol Farrugia. Maria Josepha daħlet soru Benedittina fil-kunvent ta' Santa Skolastika l-Birgu u mietet ta' 40 sena. Ħuha miet qabel kellu 20 sena. Abos kien iżżewweġ lil Angela Gautier fl-1752.

L-ewwel opra ta' Abos tiegħu ittellgħet fl-1742 fil-belt ta' Napli fit-Teatro Nuovo. Din kienet l-opra buffa Le due zingare simili. Fl-istess sena kien secondo maestro ma' Francesco Feo fl-iScuola dei Poveri di Gesù u fl-1743 laħaq koadjutur ta' Ignazio Prota, ta' Leonardo Leo u, wara ta' Durante fil-Conservatorio di Sant'Onofrio a Porta Capuana. Fl-1754 ħa l-pożizzjoni ta' secondo maestro fil-Conservatorio della Pietà dei Turchini. Fl-1756 mar Londra biex jieħu l-post ta' klaviċembalista fit-teatru Taljan. Irtira mit-tagħlim fl-1759.

Barra li kien għalliem kien spiss jagħmilha ta' maestro di cappella f'diversi knejjes f'Napli. Ikkompona xi tużżana opri li kellhom suċċess varjabbli. Però dawn kienu neqsin mill-oriġinalità u vivaċità tipika tal-opri Naplitani tal-epoka. Ix-xogħol tiegħu l-iżjed magħruf hu mingħajr dubju l-opra Tito Manlio, rappreżentata għalll-ewwel darba f'Napli fit-teatru San Carlo fl-1751 u mtella' wkoll Londra fl-1756. Kiteb ukoll diversi kompożizzjonijiet sagri, li fihom imita l-iżjed lil Durante.

Opri[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm 14-il opra ta' Abos li nafu bihom; is-sena u l-belt jirreferu għall-ewwel rappreżentazzjoni.

  • Le due zingare simili (opra buffa, librett ta' Antonio Palomba, [1742, Napli, Teatro Nuovo)
  • Il geloso (kummiedja, librett di Antonio Palomba, Ħarifa tal-1743, Napli, Teatro dei Fiorentini)
  • Le furberie di Spilletto (kummiedja, karnival tal-1744, Firenze, Teatro del Cocomero)
  • La serva padrona (opra buffa, librett ta' Gennaro Antonio Federico, karnival 1744, Napli)
  • La moglie gelosa (kommiedja, librett ta' Antonio Palomba, 1745, Napli, Teatro dei Fiorentini)
  • Adriano in Siria (dramma għall-mużika, librett ta' Pietro Metastasio, karnival 1746, Firenze, Teatro alla Pergola)
  • Artaserse (dramma għall-mużika, librett ta' Pietro Metastasio, karnival 1746,Venezja, Teatro di San Giovanni Crisostomo)
  • Pelopida (dramma għall-mużika, librett ta' Gaetano Roccaforte, 1747, Ruma, Teatro Argentina)
  • Alessandro nelle Indie (dramma għall-mużika, librett ta' Pietro Metastasio, karnival 1747, Ancona, Teatro La Fenice)
  • Arianna e Teseo (dramma għall-mużika, librett ta' Pietro Pariati, 26 ta' Diċembru 1748, Ruma, Teatro delle Dame)
  • Tito Manlio (dramma għall-mużika, librett ta' Gaetano Roccaforte, 30 ta' Mejju 1751, Napli, Teatro San Carlo)
  • Erifile (dramma għall-mużika, librett ta' Giovanni Battista Neri, 1752, Ruma, Teatro delle Dame)
  • Lucio Vero o sia Il Vologeso (opra serja, librett ta' Apostolo Zeno, 18 ta' Diċembru 1752, Napli, Teatro San Carlo)
  • Il Medo (dramma għall-mużika, librett ta' Carlo Innocenzo Frugoni, 1753, Torin, Teatro Regio)

Bibljografija[immodifika | immodifika s-sors]

Stabat Mater Gerolamo Abos ed. Joseph Vella Bondin Recent Researches in the Music of the Classical Era, Nru 68, A-R Editions, Inc., Middleton, Wisconsin 2003, ISBN 0-59579-531-0.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]