Gerald Strickland

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gerald Strickland
Membru tal-House of Lords

19 Jannar 1928 - 22 Awwissu 1940
4. Prim Ministru ta' Malta

9 Awwissu 1927 - 21 Ġunju 1932
Ugo Pasquale Mifsud - Ugo Pasquale Mifsud
Membru tal-34 Parlament tar-Renju Unit

29 Ottubru 1924 - 19 Jannar 1928
District: Lancaster (en) Translate
Election: elezzjonijiet ġenerali tar-Renju Unit tal-1924
23. Gvernatur ta' New South Wales

14 Marzu 1913 - 27 Ottubru 1917
Frederic Thesiger, 1st Viscount Chelmsford (en) Translate - Walter Edward Davidson (en) Translate
15. Gvernatur tal-Punent tal-Awstralja

31 Mejju 1909 - 16 Marzu 1913
Frederick Bedford (en) Translate - Harry Barron (en) Translate
9. Gvernatur tat-Tażmanja

28 Ottubru 1904 - 20 Mejju 1909
Arthur Havelock (en) Translate - Harry Barron (en) Translate
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Isem propju Gerald Paul Joseph Cajetan Carmel Antony Martin Strickland
Twelid Valletta, 24 Mejju 1861
Nazzjonalità Renju Unit
Residenza Kastell ta' Sizergh
Mewt Villa Bologna, 22 Awwissu 1940
Post tad-dfin Katidral ta’ San Pawl
Familja
Missier Walter Strickland
Omm Donna Maria Aloysia Paula Bonici-Mompalao
Konjuga/i Lady Edeline Sackville (en) Translate  (26 Awwissu 1890 -  unknown value)
Margaret, Lady Strickland (en) Translate  (31 Awwissu 1926 -  unknown value)
Ulied
Aħwa
Edukazzjoni
Alma mater Trinity College
St Mary's College, Oscott (en) Translate
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
avukat
Post tax-xogħol Londra
Premjijiet
Sħubija Inner Temple (en) Translate
Servizz militari
Fergħa militari Armata Brittanika

Sir Gerald Strickland (Valletta, 24 ta' Mejju 1861Ħ'Attard, 22 ta' Awwissu 1940) kien il-mexxej tal-Partit Kostituzzjonali u r-raba' Prim Ministru ta' Malta. Imwieled il-Belt Valletta minn Walter Strickland u Louisa Bonici Mompalao, huwa għamel l-istudji tiegħu f'Malta, l-Italja u l-Ingilterra. Ħadem fis-Servizz Pubbliku tal-Imperu Brittaniku taħt il-Prim Ministru, Joseph Chamberlain.

Fl-1887 kien elett fil-Kunsill tal-Gvern u fis-sena ta' wara kien nominat Chief Secretary. Huwa baqa' jokkupa din il-kariga sa l-1902 meta kien nominat Gvernatur ta' Leeward Islands u anki Gvernatur tat-Tażmanja, fl-Awstralja tal-Punent u New South Wales. Fl-1917 reġa' lura Malta u waqqaf l-Anglo-Maltese Party li ftit wara ngħaqad mal-Maltese Constitutional Party u sar il-Partit Kostituzzjonali taħt it-tmexxija tiegħu. Huwa kien Kap tal-Oppożizzjoni bejn l-1921 u l-1927 – tliet leġislaturi. Wara l-elezzjonijiet tal-1927 il-Partit tiegħu flimkien mal-Partit Laburista kellhom il-maġġoranza, sar il-ftehim tal-Compact u Strickland inħatar Prim Ministru bejn Awwissu 1927 u Ġunju 1930. Tul din il-leġislatura Strickland kellu l-inkwiet mal-membri tas-Senat u aktar tard qamet ukoll il-kwistjoni politiko-reliġjuża. Dawn wasslu għas-sospensjoni tal-Kostituzzjoni fl-1930.

Ħeles minn attentat fuq ħajtu meta persuna ppruvat tassassinah minn ftit passi 'l bogħod minnu, iżda ma laqtitux. Sir Gerald Strickland kien ukoll Ministru tal-Ġustizzja bejn April 1929 u Ġunju 1932 u Novembru 1933, Kap tal-Oppożizzjoni. Wara l-għoti mill-ġdid tal-Kostituzzjoni fl-1939, Strickland kien il-mexxej tal-maġġoranza fil-Kunsill tal-Gvern. Huwa miet fid-dar tiegħu f'Ħ'Attard, fit-22 ta' Awwissu, 1940.

Gerald Strickland pittura ta' Edward Caruana Dingli
Predeċessur
Ugo Pasquale Mifsud
Prim Ministru
1927–1932

Suċċessur
Ugo Pasquale Mifsud