Galway

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Galway, imsejjħa Gallimh bil-gejliku, hija t-tielet l-akbar belt fir-Repubblika ta' l-Irlanda. Hija tinsab tħares fuq il-Baħar Atlantiku u tgħodd 73 elf ruħ. Hija l-aktar belt li qed tikber b'rata mgħaġġla fil-pajjiż minħabba l-kundizzjoniet tajba ta' xogħol li qed toffri. Fost dawn hemm dak fl-industrija tal-kompjuters. Ir-rata ta' kriminalita' hija baxxa ħafna.

Il-qalba tal-belt hija Eyre Square, fejn hemm għal wiri għadd ta' kanuni miġjuba bħala trofej mill-Gwerra tal-Krimea (1854-56). Wieħed mill-aqwa spettakli kulturali fl-Irlanda jseħħ hawnhekk kull sajf, meta jittella' l-festival teatrali Macnas [1].

Ix-Xmara Corrib tnixxi għall-belt mill-Għadira Corrib, u wara tisbokka fil-baħar minn dan il-kanal. Fl-isfond tidher il-koppla tal-katidral ta' Galway.

Fl-2007 feġġ il-parassit Cryptosporidium, li niġġes l-Għadira Corrib, Lough Corrib, li hija l-akbar waħda fir-Repubblika ta' l-Irlanda, b'daqs ta' 200 kilometru kwadru. Din tati l-ilma li jinxorob f' Galway. Dan il-parassit naffar ħafna dilettanti tas-sajd li jiġu hawn biex jistadu f'din l-għadira.

Kif Tasal[editja]

Il-belt ta' Galway

Ħoloq[editja]