Għar ta' Thien Duong

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Thien Duong

L-Għar ta' Thiên Đường (L-Għar tal-Ġenna) huwa għar fil-Park Nazzjonali ta' Phong Nha-Ke Bang, li jinsab fil-provinċja ta' Quảng Bình, il-Vjetnam, 60 km fit-Tramuntana ta' Dong Hoi u 450 km fin-Nofsinhar ta' Hanoi. L-għar instab minn esploraturi Brittaniċi fl-2005, u dawn tal-aħħar iqiesuh bħala l-ikbar u l-itwal mill-kumpless sħiħ ta' Phong Nha-Ke Bang, bl-isbaħ stalaktiti u stalagmiti tal-park.[1] Il-grotta hija twila 31 km, itwal mill-Għar ta' Phong Nha li qabel kienet meqjusa bħala l-ikbar waħda tal-park nazzjonali.

Dan l-għar infetaħ għall-pubbliku fit-3 ta' Settembru 2010.[2] It-turisti jistgħu jidħlu fl-ewwel kilometru biss, billi għadha ma saritx esplorazzjoni kompluta minħabba l-perikli li hemm fil-partijiet iktar 'l ġewwa.

Referenzi[editja]

Koordinati: 17°31′53″N 106°13′46″E / 17.531276°N 106.2295532°E / 17.531276; 106.2295532