Għajnuna:Gwida essenzjali/Ħoloq tal-Wikipedija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Bidu   Kif timmodifika   Kif tifformattja   Ħoloq tal-Wikipedija   Ċita tas-sorsi   Paġni ta' diskussjoni   Żomm f'moħħok   Reġistrazzjoni   Approfondimenti    

Li torbot artikli tal-Wikipedija ma' xulxin huwa importanti. Dawn il-ħoloq, ikkreati b'mod mill-iktar faċli, jippermettu 'l-utenti biex jaċċessaw informazzjoni relatata ma' dak li qed jaqraw u jżidu aktar mal-utilità tal-Wikipedija.

Meta għandek tagħmel ħolqa

Li żżid ħoloq f'artiklu jkabbar aktar l-użu, imma ħafna ħoloq jistgħu jfixklu lill-qarrej. Jekk qed tiddeċiedi jekk tagħmilx ħolqa jew le, saqsi lilek innifsek "Jekk jien kont qed naqra dan l-artiklu, din il-ħolqa tkun utli għalija?" Għalhekk wieħed għandu jorbot biss fl-ewwel okkorrenza tal-kelma. Is-sezzjonijiet tal-bidu jistgħu jkollhom aktar ħoloq.

Artikli oħra fuq il-Wikipedija jistgħu jgħinuk meta għandek iżżid il-ħoloq. Iċċekkja l-artiklu li dehru fil-vetrina għal lista ta' artikli ta' kwalità għolja.

Kif tagħmel ħolqa

Meta tkun trid torbot ħolqa għal paġna oħra tal-Wikipedija (li tissejjaħ wiki link) int trid tpoġġi l-ħolqa bejn żewġ parenteżi kwadri, bħal din:

[[Paġna tal-provi]]

Jekk tkun trid li t-test li jidher ikollu ħolqa differenti, tista' tagħmel dan permezz tal-karattru "|" (SHIFT + BACKSLASH fuq xi tastieri) u wara bl-isem alternattiv. Per eżempju:

[[Wikipedija:Portal tal-komunità|it-test tiegħi]] = it-test tiegħi

Ħoloq għad-dati

Li toħloq ħolqa għal dati forsi taħseb li ma tantx hu utli; madanakollu nirrakomdawk li tagħmlu, minħabba li b'dan il-mod kull utent jista' jivviżwalizza d-dati marbutin skont il-format li għażel hu fil-preferenzi. Data mingħajr wikilink, per eżempju "13/07/2004", tiġi viżwalizzata dejjem hekk. Jekk minflok tagħlaqha f'wikilink bħal din:

[[13 ta' Lulju]] [[2004]]

il-Wikipedija tivviżwalizzaha f'waħda minn dawn il-forom:

Lulju 13, 2004
13 Lulju 2004
2004 Lulju 13
2004-07-13

skont il-preferenzi tal-utent (dan hu validu biss għall-utenti reġistrati u li daħlu fil-kont).

Barra minn hekk, għall-avvenimenti importanti, tista' żżid l-avveniment fil-paġna tad-data illinkjata, fejn b'hekk tagħmel il-paġna aktar rikka.

Kategoriji

Int tista' tpoġġi artiklu fi ħdan kategorija ma' oħrajn li huma relatati ma' suġġett. Dan tista' tagħmlu billi tikteb [[Kategorija:]], u tpoġġi l-isem tal-kategorija bejn iż-żewġ punti u l-parenteżi.

Biex tagħmel ħolqa għal paġna ta' kategorija (per eżempju, bħala referenza għal aktar riċerka), dan jista' jsir billi tpoġġi żewġ punti (:) fil-bidu tal-kelma "Kategorija", bħal din:

[[:Kategorija:Xjenza]]

Il-kodiċi t'hawn fuq tipproduċi dan ir-riżultat:

Kategorija:Xjenza

Hu importanti li tpoġġi l-kategoriji tajbin biex b'hekk nies oħra jistgħu jsibu xogħlok aktar faċli. L-aħjar mod biex issib liema kategorija hi adattata għal artiklu hu li tara f'paġni li jappartjenu għall-istess suġġett, u tiċċekkja liema kategoriji jużaw.

Li jmiss: Diskussjonijiet