Għajnuna:Gwida essenzjali/Kif timmodifika

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Bidu   Kif timmodifika   Kif tifformattja   Ħoloq tal-Wikipedija   Ċita tas-sorsi   Paġni ta' diskussjoni   Żomm f'moħħok   Reġistrazzjoni   Approfondimenti    

Bl-eċċezzjoni ta' xi paġni protetti, kull paġna għandha ħolqa li tgħid "editja", li tippermettilek timmodifika l-paġna li qed tara. Din hi l-karatteristika l-iktar bażika tal-Wikipedija, u tħallik tagħmel tiswijiet u żżid fatti lill-artikli. Jekk iżżid informazzjoni fuq il-paġna, ipprovdi r-referenzi għaliha, minħabba li fatti bla referenza jistgħu jiġu mneħħija.

Mur fil-paġna tal-provi u agħfas il-ħolqa "editja". Din se tiftaħ tieqa tal-immodifikar li fiha t-test ta' dik il-paġna. Żid xi ħaġa interessanti u divertenti, u agħfas Salva l-paġna u ara x'għamilt! Kun kawt li qiegħed timmodifika l-paġna tal-provi u mhux it-test ta' din il-gwida.

Dehra proviżorja

Karatteristika importanti li nistgħu nibdew nagħmlu użu minnha hi l-buttuna tad-Dehra proviżorja. Agħmel kwalunkwe modifika fuq il-paġna tal-provi u agħfas il-buttuna Dehra proviżorja minflok Salva l-paġna. Din tippermettilek biex tara kif se tidher il-paġna wara l-intervent tiegħek, qabel ma eventwalment issalvaha. Kulħadd jagħmel xi żball; din il-karatteristika twasslek biex tgħarrfu. L-użu ta' Dehra proviżorja qabel ma ssalva tħallik ukoll tipprova tibdil fil-format jew modifiki oħra mingħajr ma tħalli ebda marka fil-kronoloġija tal-paġna. Però, tinsiex issalva l-modifiki li tkun effetwajt!

Taqsira

Qabel ma tagħfas il-buttuna biex issalva, hu kkunsidrat bħala etikett li ddaħħal spjegazzoni ħafif tat-tibdiliet li tkun għamilt fit-taqsira bejn it-tieqa tal-immodifikar u l-buttuna ta' Salva l-paġna u tad-Dehra proviżorja. Din tista' tkun ħaġa qasira; per eżempju jekk iddaħħal il-kelma "tipo", in-nies ikunu jafu li tkun għamilt tiswija ortografika. Barra minn hekk, jekk il-bidla tiegħek tkun waħda żgħira jew minuri, bħal korrezzjoni ta' żball ortografiku jew grammatiku, kun żgur li tagħfas il-kaxxa viċin "Din hija modifika minuri" (disponibbli biss għal dawk li jkunu daħlu fil-kont tagħhom).

Li jmiss: Kif tifformattja