Għajnuna:Gwida essenzjali/Kif tifformattja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Bidu   Kif timmodifika   Kif tifformattja   Ħoloq tal-Wikipedija   Ċita tas-sorsi   Paġni ta' diskussjoni   Żomm f'moħħok   Reġistrazzjoni   Approfondimenti    

Tifformattja artikli fuq il-Wikipedija hu xi ftit differenti milli tikteb fuq xi proċessur komuni tat-testi. Din mhix xi ħaġa stretta ("dak li tara, se jkun ir-riżultat"), imma l-Wikipedija tagħmel użu ta' kodiċi tat-testi biex tikkreja ċerti elementi tal-paġni (eż. sezzjonijiet). Din il-lingwa hi magħrufa bħala Wikitext (jew Wiki-markup) u hi ddisinjata biex ikun aktar eħfef li wieħed jimmodifika.

Tipa ħoxna u korsiva

L-aktar tags tal-wiki wżati huma t-tipa ħoxna u dik korsiva. Wieħed jista' jagħmel dan billi jdawwar il-kelma jew il-frażi b'numru multiplu ta' apostrofi ('):

Int tikteb Riżultat
''tipa korsiva'' tipa korsiva
'''tipa ħoxna''' tipa ħoxna
'''''tipa ħoxna u korsiva''''' tipa ħoxna u korsiva

Livelli ta' sezzjonijiet

Li tagħmel livelli ta' sezzjonijiet huwa importanti biex itejjeb aktar l-organizzazzjoni ta' artiklu. Jekk tkun qed tara tnejn jew artikli suġġetti distinti jiġu diskussi, int tista' taqsam l-artiklu billi żżidd livell ieħor għal kull sezzjoni.

Il-livelli jistgħu jsiru hekk:

Int tikteb Riżultat
== Sezzjoni ==

Sezzjoni

=== Sotto-sezzjoni ===

Sotto-sezzjoni

Konvenzjonijiet tal-format

Hi l-konvenzjoni tal-Wikipedija li timmarka b'tipa ħoxna l-ismijiet tas-suġġett ta' artiklu meta huma msemmijin fil-parti ta' fuq ta' l-artiklu. Per eżempju, l-artiklu Eliżabetta II tar-Renju Unit jibda:

Eliżabetta II (Elizabeth Alexandra Mary Windsor; twieldet fil-21 ta' April 1926) hi r-reġina ta' sittax-il stat sovran, fejn iżomm kull kuruna u titlu b'ugwaljanza.

Konvenzjoni oħra tal-Wikipedija hu li tagħmel b'tipa korsiva l-ismijiet ta' kotba, films, albums u logħob għall-komputer. Jekk l-artiklu jibda bl-istess isem ta' xi ktieb jew xi film b'hekk trid tkun applikata tipa ħoxna u korsiva flimkien. Per eżempju, l-artiklu The Lord of the Rings jibda:

The Lord of the Rings hi novella epika u fantaxjentifika miktuba mill-akkademiku u filologu Ingliż J. R. R. Tolkien.

Hu ħafna drabi preferut li l-ismijiet ta' karti (eż. artiklu xjentifiku), kapitli (eż. fi ktieb), kanzunetti, jew episodji televiżivi jkunu mniżżlin "f'punti ta' kwotazzjoni" milli jkunu miktuba f'tipa korsiva. Jekk l-bidu ta' xi artiklu hu wkoll xi ħaġa msemmija hawn fuq, b'hekk din tiġi miktuba taħt tipa korsiva u bejn il-kwotazzjonijiet.

Li jmiss: Ħoloq tal-Wikipedija