Għajnuna:Mur

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Navigazzjoni
Tfittxija, [ Mur ]
Links li jwasslu hawn
Paġna kwalunkwe
Paġni speċjali
Verżjoni għall-ipprintjar

Tibdil
Tibdil riċenti
Tibdil relatat
Lista t'osservazzjoni
Kronoloġija
Diff
Paġna ta' l-immaġini
Kontribuzzjonijiet

Kontijiet
Login
Preferenzi
immodifika dan l-indiċi

Il-buttuna Mur tidher fuq in-naħa xellugija ta' kull paġna tal-Wikipedija u tgħinek biex tmur veloċement fil-paġni ta' din l-enċiklopedija.

Il-buttuna "Mur" hi pożizzjonata fejn il-buttuna "Fittex" u taħt il-kaxxa tat-test fejn int tista' tikteb l-isem tal-paġna mixtieqa. Il-pożizzjoni fil-paġna tista' tkun differenti f'każ li l-utent ikun immodifika, permezz tal-preferenzi, grafika u dehra differenti għall-paġni.

Il-funzjoni tal-buttuna "Mur" hi dik li turi direttament l-paġna minflok li toqgħod tobbliga lill-utent biex joqgħod ifittixha permezz tar-riżultati tat-tfittxija. Fi kliem ieħor, tgħinek biex taqbeż veloċement minn paġna għal oħra mingħajr bżonn li toqgħod issegwi xi link.

Biex tmur fuq paġna, hu biżżejjed li tikteb l-isem fil-kaxxa tat-tfittxija u tagħfas "Mur". F'dan il-punt, il-mutur ta' tfittxija jipproċedi b'dan il-mod (it-tfittxija tieqaf meta jsib korrispondenza):

  1. Jikkontrolla li hemm paġna bl-istess isem li jikkorispondi eżattament għal dak li nkiteb. Eżempju, Paġna ta' Prova u paġna ta' prova huma żewġ paġni differenti.
  2. Jipprova jara jekk teżistix paġna b'kull karattru li mhux fil-kapitali (u bl-ewwel ittra li wkoll mhux fil-kapitali), eżempju jekk ktib "paġna prova", tidher Paġna prova u mhux Paġna prova.
  3. Jipprova l-verżjoni tal-isem b'kull ittra li mhux fil-kapitali.
  4. Jipprova jagħmel tfittxija, fejn jittraskura d-differenza bejn jekk ittra hix fil-kapitali jew le, li jinkludi wkoll korrispondenzi ta' parti biss tat-titlu tal-paġna. Jekk hemm aktar korrispondenzi, il-prijorità hi stabilita b'dan il-mod segwenti: 1) spazju tal-isem prinċipali, 2) paġni ta' diskussjoni tal-paġni tal-ispazju tal-isem prinċipali, 3) paġni tal-utent, 4) paġni ta' diskussjoni tal-paġni tal-utent, 5) paġni tal-ispazju tal-isem korrispondenti għall-isem tal-proġett, 6) paġni ta' diskussjoni tal-ispazju tal-isem korrispodenti għall-isem tal-proġett, 7) paġni tal-immaġini, 8) paġni ta' diskussjoni tal-immaġini. Jekk, eżempju, wieħed ikun qed ifittex titlu li jkun jeżisti kemm bħala paġna ta' diskussjoni u kemm bħala paġna normali (fl-ispazju tal-isem prinċipali), il-paġa normali tkun dik viżwalizzata.
    • Il-prefissi bħala "User:" u l-parti korrispondenti għall-isem tal-proġett "Wikipedija:" jiġu mħarsa bħala kliem normali, waqt li fil-punti preċedenti dawn kienu mħarsa bħala prefissi tan-namespace.
  5. Jagħmel tfittxija fuq it-test kollu, bħalli kieku int għafast il-buttuna "Fittex".

Jekk iiġu użata tajjeb, il-buttuna "Mur" tgħinek biex taqbeż malajr għall-paġni li tuża' sikwit. Ġeneralment, il-buttuna "Mur" tiġġenera karika ta' xogħol ħafif għas-server.

Karatteristika speċjali[immodifika | immodifika s-sors]

Jekk fil-kaxxa tat-test jikiteb in-numru tal-indirizz IP u wara tingħafas il-buttuna "Mur", wieħed jingħata l-paġna tal-kontrubuzzjonijiet tal-utent li għandu dak l-indirizz IP korrispondenti.