Franco Di Santo
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Franco Matías Di Santo | ||
| Twelid | 7 ta' April 1989 Mendoza |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.93 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Wigan Athletic | ||
| Numru | 9 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 2005–2006 | Audax Italiano | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2006–2008 | Audax Italiano | 86 | (35) |
| 2008–2010 | Chelsea | 8 | (0) |
| 2009–2010 | → Blackburn Rovers (self) | 22 | (1) |
| 2010– | Wigan Athletic | 89 | (13) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2006–2009 | Arġentina U-20 | 25 | (5) |
| 2012– | Arġentina | 3 | (0) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 19:42, 26 April 2013 (UTC) |
|||
Franco Matías di Santo (Mendoza, 7 ta' April 1989) hu plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab bħala attakkant ma' Wigan Athletic.
Karriera [editja]
Di Santo beda l-karriea tiegħu mal-klabb Ċilen ta' Audax Italiano. Wara prestazzjonijiet impressjonanti, fil-25 ta' Jannar 2008, Di Santo ingħaqad ma' Chelsea.
Hu ddebutta mat-tim tar-riservi fil-11 ta' Frar 2008, fejn skorja l-gowl tal-pari kontra t-tim tar-riservi ta' Fulham. Fl-ewwel staġun tiegħu 2007–08 mat-tim tar-riservi hu skorja 12-il gowl fi 8 logħbiet.
Għall-istaġun 2008–09 hu ngħaqad mal-ewwel tim tal-Blues fejn mat-tim mar iċ-Ċina għat-tour annwali ta' qabel l-istaġun. Fl-ewwel logħba tiegħu, daħal minn fuq il-bank tas-sostituti biex skorja t-tielet gowl fir-rebħa ta' 4–0 kontra Guangzhou Pharmaceutical. It-tieni gowl tiegħu wasal biss ħames minuti mid-dħul tiegħu fil-konfront kontra Chengdu Blades, li ssarfet f'rebħa ta' 7–0.
L-ewwel logħba uffiċjali tiegħu kienet fil-pari ta' 1–1 kontra Tottenham Hotspur, fejn daħal bħala sostitut għal Nicolas Anelka fit-88 minuta. Id-debutt fil-UEFA Champions League wasal kontra CFR Cluj tar-Rumanija, meta ħa post Florent Malouda wara 70 minuta logħob. Il-logħba ntemmet 0–0. Matul l-istaġun 2008–09 għamel tmien dehriet fil-kampjonat, kollha bħala sostitut.
Nhar it-3 ta' Awwissu 2009, Di Santo issieħeb ma' Blackburn Rovers bil-formola ta' self sa Frar tal-2010, bl-għażla li l-perjodu ta' self jiġi estiż għal sitt xhur oħra sa Ġunju 2010.[1] Hu ddebutta mar-Rovers fir-rebħa ta' 2–1 kontra Aston Villa fejn ta assist għall-gowl ta' David Dunn. Hu beda l-ewwel logħba tiegħu mal-ewwel ħdax fit-18 ta' Ottubru 2009 kontra Burnley, fejn skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-futbol Ingliż waqt li assista l-gowl ta' David Dunn. Wara li ġie deċiż li l-perjodu ta' self tiegħu jiġi estiż, ftit li xejn sab ħin fil-grawnd, fejn kien involut fil-partiti aktar bħala sostitut.
Minuti qabel it-tmiem tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf 2010, hu ngħaqad b'mod definittiv ma' Wigan Athletic.[2]
Referenzi [editja]
- ^ (Ingliż) Di Santo joins Rovers on loan. rovers.co.uk, 03-08-2009. Aċċess tal-URL: 24-09-2010.
- ^ (Ingliż) Wigan leave it late to snap up Chelsea starlet Franco Di Santo. Telegraph, 31-09-2010. Aċċess tal-URL: 24-09-2010.
Ħoloq esterni [editja]
|
|||||