Francesco Masini
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
|
|
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Francesco Masini (1894-1964) hu avukat u politiku Għawdxi, u eks-membru tal-Parlament Malti.
Ħajja Politika [editja]
Masini hu il-fundatur tal-Partit Għawdxi. Kien elett u serva fil-Parlament Malti bejn l-1947 u l-1950, (meta l-Assemblea Leġiżlattiva ġiet xolta), flimkien ma' membri oħrajn bħal Joseph Cefai.
Dr. Masini kien ukoll kap tad-delegazzjoni li permezz tad-diskussjonijiet mal-Isqof Ġużeppi Pace wasslet għall-għoti tal-Istatwa ta' Santa Marija mis-Soċjeta' Filarmonika Leone lill-Katidral ta' Għawdex.
Tifkiriet wara Mewtu [editja]
Fil-Belt Kapitali ta' Għawdex, Victoria, hemm triq iddededikata għal Dr. Masini. Bint Masini irceviet "Gieħ il-Parroċċa tal-Katidral" f'isem il-mejjet missierha.