Francesco Buhagiar

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Francesco Buhagiar (Qrendi, 7 ta' Settembru 1876Rabat, 27 ta' Ġunju 1934), iben Michele Buhagiar u Filomena née Mifsud,[1] kien it-tieni Prim Ministru ta' Malta fejn serva bejn l-1923 u l-1924. Buhagiar ħa l-lawrja ta' Avukat mill-Università Rjali ta' Malta fl-1901. Kien membru tal-Partit ta' Panzavecchia u ġie elett fl-Ewwel u t-Tieni Leġislatura: 1921 u 1924. Kien Ministru tal-Ġustizzja bejn Ottubru 1922 u Settembru 1924, Ministru tal-Finanzi, Dwana u Portijiet bejn Ottubru 1923 u Awwissu 1924. Kien it-tieni Prim Ministru fil-Gvern Awtonomu Malti bejn Ottubru 1923 u Settembru 1924. Wara li rriżenja minn Prim Ministru sar Imħallef. Miet ir-Rabat fis-27 ta’ Ġunju 1934.

[editja] Referenzi

F'lingwi oħrajn