Francesco Azopardi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Francesco Azzopardi)
Francesco Azopardi

Plakka r-Rabat
Ħajja
Twelid Rabat, 5 Mejju 1748
Mewt Rabat, 6 Frar 1809
Edukazzjoni
Alma mater Conservatorio di Sant'Onofrio in Capuana
Lingwi Taljan
Għalliema Michelangelo Vella
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni organist
kompożitur
teoriku tal-mużika
Impjegaturi Katidral ta’ San Pawl
Kon-Katidral ta' San Ġwann
Strument/i tal-mużika orgni

Francesco Azopardi (5 ta’ Mejju, 1748 – 6 ta’ Frar 1809) kien kompożitur, teoriku tal-mużika u organista Malti.[1]

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Francesco Azzopardi (magħruf aktar bħala Azopardi) twieled ir-Rabat, Malta. L-ismijiet tal-magħmudija kienu Giovanni Battista Agostino Francesco Giuseppe.

Kellu l-ewwel tagħlim fil-mużika minn Michelangelo Vella. Mill-1763 sal-1774 kien Napli, l-ewwel biex jistudja fil-Conservatorio di Sant'Onofrio ta' Porta Capuana taħt it-tmexxija ta’ Carlo Contumacci u Joseph Doll, imbagħad, mill-1767, biex ikompli jipperfezzjona ruħu ma' Niccolò Piccinni.

Fl-1768 Azzopardi kien diġà kkompona l-ewwel xogħol liturġiku tiegħu, il-Quddiesa fil-Fa (Ms 339). F'Napli offrewlu l-post ta' Maestro di Capella imma xtaq li jmur lura Malta.

Fl-1774 reġa' lura Malta u fit-12 ta' April inħatar organista tal-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina, bid-dritt li jsir Maestro di Cappella. Il-Maestro di Cappella dak iż-żmien kien Don Benigno Zerafa (1726-1804). Wara l-1789 kien attiv ukoll fil-Knisja Konventwali tal-Kavalieri ta' Malta il-Belt Valletta. Francesco Azzopardi nħatar Maestro di Cappella fil-Katidral tal-Imdina, wara Benigno Zerafa, fit-8 ta' Diċembru 1783.

Ikkompona xi 250 xogħol, il-parti kbira mużika sagra: 31 quddiesa, 76 salm, 6 Magnificat, 2 Passjonijiet, 6 Lamentazzjonijiet, 70 Motett, 16-il Antifona u biċċiet għall-orgni għall-Milied. Imma l-ikbar xogħol tiegħu kien it-trattat pedagoġiku, Il musico prattico I tal-1786. Minħabba dan kiseb fama internazzjonali meta Nicolas-Étienne Framery ttraduċih għall-Franċiż u Le Duc ippubblikah bit-titlu Le Musicien Pratique. Jidher li s-suċċess tiegħu dam ħafna għax fl-1824 il-mużikoloġista Franċiż Alexandre Choron ħareġ edizzjoni ġdida bl-istess isem. Azzopardi baqa' jfittex teoriji ġodda u fl-1809 ħareġ verżjoni oħra, Il musico prattico II, fejn espanda l-prinċipji tal-ewwel verżjoni u żied magħhom.

Azzopardi kien wieħed mill-għalliema ta' Nicolò Isouard. Miet ir-Rabat, Malta.

Xogħlijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Mużika vokali profana[immodifika | immodifika s-sors]

  • Malta felice (cantata, 1775)
  • La magica lanterna (opra buffa, 1791)

Mużika vokali sagra[immodifika | immodifika s-sors]

  • La passione di Cristo (oratorju, librett ta’ Pietro Metastasio, 1802)
  • Bosta quddisiet komposti mill-1768 sal-1806
  • Bosta xogħlijiet sagri komposti mill-1772 sal-1796
  • Kanti, innijiet, salmi komposti mill-1772 sal-1807

Mużika strumentali[immodifika | immodifika s-sors]

  • Ouverture għal 2 oboi, 2 vjolini, 2 korni, basso u orgni (1782)
  • Sinfonija għal 2, 2 vjolini, vjola, 2 korni u basso continuo (1797)
  • Sinfonija għal oboe obbligato, oboe, 2 vjolini, 2 korni u basso continuo (1799)

Trattati[immodifika | immodifika s-sors]

  • Il musico prattico
  • Il musico prattico II
  • Dissertazione sulla risoluzione della quinta falsa in 6/4 rivolto dell'armonia di 5/3
  • Dissertazione sulla musica greca

Bibljografija[immodifika | immodifika s-sors]

  • P. Pullicino - Notizia biografica di Francesco Azzopardi - Malta, 1876
  • D. Buhagiar - Francesco Azopardi (1748-1809): A Maltese Classical Composer, Theorist, and Teacher - Mediterranean Institute, l-Università ta' Malta, l-Imsida, Malta, 1999, Teżi
  • F. Bruni - Musica sacra a Malta - Malta, 1993

Diskografija[immodifika | immodifika s-sors]

  • Unveröffentlichte Manuskripte aus der Kathedrale von Malta, Francesco Azopardi, Nisi Dominus - Tölzer Knabenchor, Wolfgang Schady - ISBN: B0000285YX

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Spiridion Vincent Buhagiar, Francesco Azopardi (1748–1809): A Maltese Classical Composer, Theorist, and Teacher, Mediterranean Institute, l-Università ta' Malta, l-Imsida, Malta, 1999, Teżi