Francesco Buhagiar

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Francesco Buhagiar
Kariga: Prim Ministru ta' Malta
Perjodu fil-Kariga: 1923-1924
PM Predeċessur: Joseph Howard
PM Suċċessur: Ugo Pasquale Mifsud
Data tat-Twelid: 7 ta' Settembru 1876
Post tat-Twelid: Qrendi
Data talt-Mewt: 27 ta' Ġunju 1934
Post tal-Mewt: Rabat
Partit Politiku: Unione Politica Maltese

Francesco Buhagiar (Qrendi, 7 ta' Settembru 1876Rabat, 27 ta' Ġunju 1934), iben Michele Buhagiar u Filomena mwielda Mifsud,[1] kien it-tieni Prim Ministru ta' Malta fejn serva bejn l-1923 u l-1924. Buhagiar ħa l-lawrja ta' Avukat mill-Università Rjali ta' Malta fl-1901. Kien membru tal-Unione Politica Maltese (Partit ta' Panzavecchia) u ġie elett fl-Ewwel u t-Tieni Leġislatura: 1921 u 1924. Kien Ministru tal-Ġustizzja bejn Ottubru 1922 u Settembru 1924, Ministru tal-Finanzi, Dwana u Portijiet bejn Ottubru 1923 u Awwissu 1924. Kien it-tieni Prim Ministru fil-Gvern Awtonomu Malti bejn Ottubru 1923 u Settembru 1924. Wara li rriżenja minn Prim Ministru sar Imħallef. Iċ-ċajta fis-snin għoxrin kienet li dan ħares fil-mera u lix-xbiha ta’ quddiemu qalilha “minn għada, int Imħallef”! Miet ir-Rabat fis-27 ta’ Ġunju 1934.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

Predeċessur
Joseph Howard
Prim Ministru
1923-1924

Suċċessur
Ugo Pasquale Mifsud