Florentino Pérez

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Florentino Pérez
17. president of Real Madrid CF (en) Translate

1 Ġunju 2009 -
Ramón Calderón (en) Translate
15. president of Real Madrid CF (en) Translate

17 Lulju 2000 - 27 Frar 2006
Lorenzo Sanz (en) Translate - Ramón Calderón (en) Translate
President

1997 -
Madrid municipal councillor (en) Translate

1979 - 1982
Election: 1979 Madrid City Council election (en) Translate
Ħajja
Isem propju Florentino Pérez Rodríguez
Twelid Madrid, 8 Marzu 1947 (76 sena)
Nazzjonalità Spanja
Residenza Madrid
L-ewwel lingwa Spanjol
Familja
Konjuga/i María Ángeles Sandoval (en) Translate  (1970 -  2012)
Edukazzjoni
Alma mater Technical University of Madrid (en) Translate
Lingwi Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni negozjant
politiku
inġinier ċivili
sports executive (en) Translate
Mudell:Infobox biography/sport/football
Post tax-xogħol Madrid

Florentino Pérez Rodríguez (twieled fit-8 ta' Marzu 1947) huwa imprenditur Spanjol, eks-politiku u l-president attwali tal-klabb ta' Real Madrid li jilgħabu fil-La Liga Spanjola u hu wkoll il-president attwali ta' Grupo ACS, kumpanija tal-inġinerija ċivili.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Florentino Pérez ingħaqad mal-partit tal-Unjoni taċ-Ċentru Demokratiku fl-1979, fejn serva f'fost oħrajn fil-kunsill lokali ta' Madrid. Fl-1986, Florentino Pérez ikkandida ruħu għall-elezzjonijiet ġenerali Spanjoli bħala kandidat għall-Partit Riformista Demokratiku.

Fl-1993, hu ġie inkarigat bħala president ta' OCP Construcciones SA. Fl-1997, wara l-fużjoni ta' OCP ma' Gines y Navarro taħt l-isem il-ġdid Actividades de Construcción y Servicios, S.A. (ACS), hu ġie maħtur bħala president tal-kumpanija l-ġdida.

Pérez ipprova għall-ewwel darba għall-presidenza ta' Real Madrid fl-1995. Hu ikkritika s-sitwazzjoni finanzjarja kritika tal-klabb u l-allegat ġestjoni ħażina tal-bord, imma tilef l-elezzjoni għad-danni ta' Ramón Mendoza b'700 vot.

Real Madrid[immodifika | immodifika s-sors]

It-tieni attentat tiegħu kien aktar sodisfaċenti meta fis-sena 2000 ħa l-post ta' president fejn għeleb l-isfida taċ-ċermen tal-klabb Lorenzo Sanz. Sanz assuma li r-rebħiet riċenti tal-klabb fit-Tazza taċ-Ċampjins tal-1998 u tas-sena 2000 kienu se jagħtuh vantaġġ fl-elezzjoni, imma l-kampanja ta' Pérez kienet telenka l-problemi finanzjarji li kien jinsab fihom il-klabb u għajdut ta' ġestjoni ħażina tal-bord preċedenti, ippruvaw il-kontra. Il-wegħda ta' Pérez li jġib lil Luís Figo mill-arċirivali Barcelona lagħbet rwol deċiżiv fl-elezzjoni. Florentino Pérez reġa' ġie elett fl-2004 b'94.2% tal-voti totali.

Luís Figo immarka l-bidu tal-politika ta' Pérez li jattira kull staġun lejn Real Madrid l-aqwa plejers tal-futbol. L-istrateġija għall-bidu kienet magħrufa bħala Zidanes y Pavones imma l-plejers kienu jiġu riferuti bħala Galácticos. Fl-2001, Zinedine Zidane wasal minn Juventus għar-rekord mondjali. Warajh waslu Ronaldo fl-2002, David Beckham fl-2003, Michael Owen fl-2004 u Robinho fl-2005. Għall-bidu, il-politika ta' Perez bdiet tagħti l-frott minħabba li kull 'Galactico' bena kull skwadra madwar il-plejer, u kellhom bilanċ tajjeb bejn l-attakk u d-difiża. Fl-ewwel snin taħt il-gwida ta' Real Madrid, il-klabb rebaħ żewġ kampjonati u żied is-seba' Tazza taċ-Ċampjins, rekord tal-kompetizzjoni.

Florentino Pérez kien stqarr li kien irnexxielu li jeħles mid-djun tal-klabb, però d-direttur Ramón Calderón ikkontradixxa dak li ntqal.

Wara l-istaġun 2002–03, Pérez keċċa lill-kowċ Vicente Del Bosque minkejja li kien għadu kif kiseb it-titlu tal-kampjonat għad-29 fl-istorja tal-klabb. Kien mifhum li fi ħdan il-klabb kien hemm diviżjoni politika, b'Del Bosque u l-plejers tiegħu (Fernando Hierro, Fernando Morientes, Steve McManaman u Claude Makélélé) fuq naħa, u Pérez fuq in-naħa l-oħra tal-ħabel. Il-plejers imsemmijin kollha ħallew 'l-klabb fl-2003 hekk kif Pérez ipprova jerġa' jikseb il-kontroll.

Partikularment, Claude Makélélé, wieħed mill-aqwa midfilders difensivi u pedina fundamentali tas-suċċess ta' Real, iddeċieda li jsaqsi għal titjib fil-kuntratt kurrenti tiegħu bis-sosten ta' diversi minn sħabu fosthom Zidane, Raúl, McManaman u Fernando Morientes. Sa dak iż-żmien, Makélélé kien ukoll wieħed mill-inqas membri tal-iskwadra ta' Real Madrid li kienu l-inqas imħallsin, fejn kien jaqla' frazzjoni ta' dak li kien jiġi mħallas lill-Galácticos, imma Pérez irrifjuta li jikkunsidra r-rikjesta ta' Makélélé. B'dan ir-rifjut, Makélélé għamel rikjesta għal trasferiment, fejn mal-ewwel ħalla 'l-klabb biex jingħaqad ma' Chelsea.

It-tluq ta' Makélélé wassal għal aktar numru ta' attakkanti ta' kalibru li ġew mixtrija, fosthom Michael Owen, Júlio Baptista, u Robinho, biex Pérez ikompli mas-sistema tal-"Galacticos". Sfortunatament, il-'galaticos' kollha kienu plejers offensivi, li ġeneralment illimitaw l-irwoli u l-abbilitajiet difensivi, u Pérez falla li jsib sostitut għal Makélélé. Negozjati biex jinxtara Patrick Vieira minn Arsenal fl-2004 fallew, minħabba li Pérez irrifjuta li jħallas salarji kbar għal "plejers difensivi".

Ħafna snin wara li telqu lil Real, McManaman u Morientes stqarrew li Makélélé kien l-iktar midfilder importanti u l-inqas apprezzat, b'dan tal-aħħar jistqarr "It-telfa ta' Makélélé kienet il-bidu tat-tmiem tal-Los Galácticos ... Tista' tara li dan kien min-naħa l-oħra bidu ta' suċċessi għal Chelsea". Mill-istaġun 2003–04 'il quddiem, bl-assenza ta' Del Bosque u Makélélé, Real Madrid fallew li jirbħu trofew.

Minkejja li l-politika ta' Pérez irriżultat f'iktar suċċess finanzjaru ibbażat fuq l-abbuż tal-potenzjal ta' bejgħ tal-klabb madwar id-dinja, speċjalment fl-Asja, hu ġie ikkritikat talli kien aktar qed jiffoka kif iġib 'il quddiem lil Real Madrid fuq il-lat finanzjaru u mhux biżżejjed fuq il-grawnd tal-futbol. Suċċessivament, hu irriżenja fis-27 ta' Frar, 2006, u irrikonoxxa li t-tim u l-klabb, flimkien, kellhom bżonn ta' direzzjoni ġdida.

Nhar l-14 ta' Marzu 2009, Pérez uffiċjalment ħabbar il-kandidatura għall-presidenza ta' Real Madrid.[1]> Minħabba li sal-1 ta' Ġunju 2009, hu kien l-uniku kandidat, Pérez ġie proklamat bħala l-president il-ġdid ta' Real Madrid.[2]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Burton, Chris (2009-03-14). "Perez makes presidential promise" (bl-Ingliż). Sky Sports.
  2. ^ "Perez returns unopposed as Real Madrid president" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2009-06-02. Miġbur 2009-06-05.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Predeċessur
Lorenzo Sanz
President ta' Real Madrid
2000–2006

Suċċessur
Fernando Martín

Predeċessur
Vicente Boluda
President ta' Real Madrid
2009–

Suċċessur
Kariga attwali